Meta Pixel Code

31 August 2025

Ħadd ma jista’ jkun dixxiplu tiegħi jekk ma jitlaqx ġidu kollu. Studju Bibbliku Lq 14:25-33 - 23 Ħadd. Sena Ċ

 


F’dak iż-żmien, kotra kbira ta’ nies kienet miexja ma’ Ġesù. Hu dar lejhom u qalilhom: “Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lil missieru u ’l ommu u lil martu u lil uliedu, ’il ħutu subien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu. Min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistax ikun dixxiplu tiegħi. Għax min minnkom ikun irid jibni torri u ma joqgħodx bilqiegħda biex l-ewwel nett iqis in-nefqa, ħalli jara għandux biżżejjed biex iwassal sal-aħħar? Għax jekk jiġrilu li jqiegħed is-sisien biex imbagħad ma jkunx jista’ jtemm il-bini, kull min jarah jibda jwaqqgħu għaċ-ċajt u jgħid: ‘Dan il-bniedem beda jibni u ma kellux il-ħila jkompli sal-aħħar’. Jew liema sultan, li jkun sejjer jagħmel gwerra kontra sultan ieħor, ma joqgħodx l-ewwel bilqiegħda biex jara jekk jistax b’għaxart elef raġel iħabbatha ma’ min ġej għalih b’għoxrin elf ruħ? Għax inkella, meta l-ieħor ikun għadu ’l bogħod, ikollu jibgħatlu ambaxxata biex jitolbu l-ftehim għall-paċi. Hekk ukoll ħadd ma jista’ jkun dixxiplu tiegħi jekk ma jitlaqx ġidu kollu”.


Il-Kelma tal-Mulej.




Wara li waqaf għand il-Fariżew għall-pranzu, Ġesu’ llum narawh ikompli triqtu għal Ġerusalem.  Kotra kbira ta’ nies imxew ma’ Ġesu’.  Fuq dan, Ġesu’ narawh imħasseb: “Imma dawn kollha fehmu tassew x’jinvolvi dak li qed nitlob jien?” Din il-mistoqsija tajjeb li nagħmluha wkoll lill-folol tal-lum.  X’uħud għadhom fil-Knisja għax forsi ma ppreżentajniex il-Vanġelu kif inhu, u benġilnieh ftit għax moħħna kien aktar fin-numru ta’ membri milli fil-kwalita’?  Oħrajn fehmu sew l-impenn, iddarsu u telqu mill-Knisja imħabba f’hekk, jew għal xi raġuni oħra?  Dan biex ma nwaħħlux biss fis-sekulariżmu u paganiżmu.  Għalhekk Ġesu’, biex jiċċara l-proposta tiegħu, idur lajn il-folla (u lejna) u jgħid: 


“Min jiġi għandi, ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lill-missieru….” Ninnutaw li ma jgħidx “jiġi warajja” imma “jiġi għandi.”  Ġesu’ huwa l-bniedem it-tajjeb, il-bniedem is-sabiħ.  Imma wieħed ma jistax jifforma parti mid-dinja l-ġdida tiegħu fuq hekk biss.  Jiħtieġ inpenn serju. 

Dan bħal ġuvni li jinġibed lejn tfajla imħabba d-dehra tagħha u kif iġġib ruħha.  Imma dan mhux biżżejjed biex taqsam imħabbitha u ħajjitha miegħu.  Jiħtieġ inpenn serju lil xulxin miż-żewġ naħat. 

Ġesu’ għadu jgawdi ħafna simpatija. Ħafna jmorru għandu biex jitolbuh xi grazzja. Għalkemm s’hawn m’hemmx impenn li se “jimxu warajh” bħala dixxipli, xorta hi ħaġa tajba għax hi l-ewwel pass.  Anki għall-ewwel id-dixxipli nġibdu lejh għax ħasbu li se jikseb suċċess kbir bħala mexxej.  

Ġesu’ jilqa’ lil kull min imur għandu, imma mbagħad jistiednu għad-dixxipulat. Dan jinvolvi mħabba ta’ għarusa għall-għarus tagħha. Impenn sħiħ fil-proġetti tiegħu.  Għarus jista’ jaħbi xi ħwejjeġ mill-għarusa biex jidher ħelu.  Ġesu’ hu ċar li, f’dak li se jitlob, int trid jew taċċetta kollox jew xejn.  

Jiħtieġ ninterpretaw sew kliem Ġesu’, għax qabel kien hemm min jgħid li Ġesu’ ried lid-dixxipli jiċċaħħdu minn kollox, anki dak li hu tajjeb, u għandhom ikunu dejjem imdejqin.  Għal kuntrarju Ġesu’ iridhom dejjem ferħanin f’kollox.  Imma biex jaslu għal dan iridu jagħmlu għażliet kuraġġjużi. 

Illum l-impenn ta’ mħabba m’għadux “sakemm il-mewt tifridna” imma sal-ewwel ġlieda jew disgwid.  Ġesu’ jrid l-oppost: impenn sħiħ u serju.  Hawn min l-anqas jiżżewweġ għax jibża’ mir-rabta.  Ġesu’ qed jipprietka l-oppost ta’ dan: impenn serju u sħiħ.

“Id-dixxiplu jrid iħobbni aktar mill-ġenituri …”  Dis-sajjetta fil-bnazzi għandhom bżonnha l-Insara tal-lum biex iqumu mill-bruda u milli qed jieħdu kollox “forgranted.”  Sfortunatament xi predikaturi jevitaw dad-diskors għax jibżgħu li jgerrxu n-nies.  Imma n-nies aktar jitgerrxu meta ma nkunux ċari magħhom x’qed jitlob Ġesu’. 

Kliemu jixxokkja meta jgħid “tobgħod lill-ġenituri..”  Imma din espressjoni semitika li tfisser “tħobb inqas” (Ara Dewt 21), bħal iben li jiżżewweġ u jħobb lil martu b’qalbu kollha.  Xorta jibqa’ jħobb u jirrispetta lill-ġenituri u qraba daqs qabel, imma issa dawn se jieħdu t-tieni post f’qalbu. Mela dan li qed jitlob minna llum Ġesu’: meta wieħed isir dixxiplu, kollox u kulħadd irid jieħu t-tieni post.  

Fi żmien l-ewwel Insara, l-għaqda fil-familja kienet qaddisa u qawwija ħafna.  Għalhekk il-Lhud li riedu jsiru Nsara kienu jirriskjaw li jiġu mkeċċija mill-familja u jispiċċaw bla sapport, bla sikurezza u bla eredita’.  Dan ifisser tagħżel lil Ġesu’. 

Illum ħafna Nsara trabbew b’ċerti devozzjonijiet u njoranza reliġjuża. Meta jisimgħu is-silta tal-lum, hemm bżonn jiċħdu dawn it-tradizzjonijiet jekk se jagħżlu ‘l Ġesu’, anki jekk dawn kienu joffru ċerta sikurezza.  Kristu se jsir il-punt ta’ riferiment tal-għażliet kollha.  Hu stess tana eżempju meta ħalla ’l ommu, ‘l-qraba u Nazaret biex jifforma familja ġdida li tinkludi l-għedewwa.  

“Jobgħod saħansitra ħajtu” jiġifieri,ma taħsibx aktar għalik innifsek. Il-punt ta’ riferiment ma jibqax inti nnifsek imma l-familja l-ġdida ta’ Kristu.  L-għażliet kollha jridu jsiru f’sintonija miegħu.

“Min ma jerfax salibu..”  Terfa’ salibek ma jfissirx tistaporti bil-paċenzja t-tbatijiet u l-kuntrarju tal-ħajja imma li tkun lest għall-konsegwenzi talli atkun qiegħed fidil għall-verita’: issofri persekuzzjoni (iffissat), tgħajjir (rasek marbuta, tagħlim tan-nanniet), tiġi eskluż minn xi grupp.  

Xi wħud jiġu msejħa biex  jagħtu ħajjithom bħala martri, kif qed naraw anki fi żmienna.  L-oħrajn ikunu jridu jagħmlu għażliet diffiċli: bħall waqt tqala komplikata, ma tagħmilx kompromessi mal-kuxjenza; maħfra iebsa anki meta se tidher tellief u ġifa f’għajnejn in-nies.  Anki l-bikkejja f’dar Ġajru daħku b’Ġesu’ għax qabbel il-mewt mal-irqad li minnu n-Nisrani iqum għal ħajja ta’ dejjem.

(a) “Min ikun irid jibni torri..”  Ġesu’ jgħid dil-parabbola biex, qabel wieħed jaċċettah bis-sħiħ, iwieżen sew  għal liema impenn dieħel.  Jibni torri dak iż-żmien kien dak li ried jitla’ fl-għoli, ħa jidher u jilħaq ċertu stima u glorja.  Hekk Erodi bena tliet torrijiet fil-palazz ta’ Ġerusalem.  Wieħed minnhom kien tant għoli (45 metru)  u sabiħ li kien meqjuż bħala meravilja.  

Ġesu’ jqabbel il-ħajja ta’ bniedem ma’ torri li jkun irid jilħaq is-sema.  Dan torri mibni fuq is-sagrifiċċji u allura mhu se jiġġarraf qatt.  Għalhekk, qabel wieħed jibda jibnih, hemm bżonn li jpoġġi bil-qiegħda biex iqis kemm se jiswielu sagrifiċċji u jekk hux se jkun jiflaħ għalihom. 

(b) L-istess bħar-re li jkun sejjer għall-gwerra.  Jiħtieġ li bil-qiegħda jqis għandux il-mezzi u n-nies meħtieġa biex jirbaħ.  Dil-parabbola tirreferi għad-dixxiplu li jrid jikkumbatti kuljum kontra l-għedewwa li hemm ġo fih: egoiżmu, regħba, kilba għall-poter, eċċ. 

Ġesu’ ma jridx jaqtagħlna qalbna, imma jridna nkunu konxji għal x’hiex dħalna, u b’hekk narmaw ruħna sew għal din it-taqtigħa iebsa.  

In fatti Ġesu’ jispiċċa d-diskors tiegħu tal-lum billi jagħti l-prezz għoli li rridu nallsu għall-bini ta’ dan it-torri:  “Kull wieħed minnkom li ma jiċħadx għal ġid kollu, ma jistax ikun dixxiplu tiegħi,”  għax il-perċimes tal-għedewwa tad-dixxiplu hu l-idolu tal-akkwist u t-trekkin tal-ġid.  Min jagħmel hekk ikun bena torri tal-kartapesta li jiġġarraf malajr.

  Li qed jitlob Ġesu’ mhuwiex biex inkunu mdejqin imma ferħanin.

Humility and Generosity at the Family Table



In Luke 14:1,7–14, Jesus is invited to a meal. What seems like an ordinary dinner turns into a powerful teaching moment about family life. Jesus notices how people rush for the best seats and how the host only invites those who can repay him. From this scene, Jesus gives us two life-changing lessons: be humble and be generous.

These two lessons are not just for banquets, they are for every home, every kitchen table, every family.

1. Healing Begins at Home

The story begins with Jesus healing a man, even though it was the Sabbath. This shows us that there is never a “wrong time” to bring healing.

In families, small wounds can pile up:

  • harsh words,

  • cold silences,

  • misunderstandings.

Too often, we wait before saying “sorry” or “thank you”. But healing delayed is healing denied.

👉 Family tip: Don’t wait. Heal quickly. A hug, a smile, or a simple word can bring peace into your home.


2. Humility in Everyday Family Life

Jesus warns against rushing to the first place at the table. Isn’t this the story of many homes?

  • Who gets the biggest portion?

  • Who gets the remote control?

  • Who gets the last word in an argument?

But Jesus flips the script: “Take the lowest place.”

Humility in the family means:

  • Listening before speaking.

  • Serving instead of demanding.

  • Letting others shine instead of competing for attention.

💬 Quote for families: “The family grows stronger not when each one fights for first place, but when each one makes space for the other.”


3. Generosity Without Counting the Cost

Jesus tells the host: “When you give a banquet, invite the poor, the crippled, the lame, the blind.” Why? Because they cannot repay you.

In families today, we sometimes keep score:

  • “I cleaned yesterday, so today it’s your turn.”

  • “I helped you, now you owe me.”

But love is not a contract. True family love is freely given. Parents live this every day, and children can learn it too: helping with chores, caring for grandparents, or sharing with siblings without expecting anything in return.

👉 Family challenge: This week, each family member do one act of kindness without telling anyone. Watch how it transforms the atmosphere of the home.


4. The Family Table: A School of Love

Notice that all of this happens at a meal. The table is sacred—it is where faith becomes concrete. Around the table we learn:

  • Gratitude – by praying before eating.

  • Humility – by waiting until everyone is served.

  • Generosity – by sharing what we have, even the last piece of bread.

👉 Try this: At one meal this week, put aside phones and distractions. Ask everyone to share one thing they are grateful for. It will turn an ordinary meal into a holy moment.


Conclusion

In Luke 14, Jesus teaches us that greatness is not about grabbing the best place, but about creating space for others. True joy in the family comes not from being served, but from serving with love.

So let us make our homes places of healing, humility, and generosity. If we do, our family tables will become small altars—places where God’s love is made visible to the world.


🙏 Prayer for Families
“Lord Jesus, bless our family table. Teach us humility in our words, generosity in our actions, and healing in our hearts. May our home be a place where love is given freely, and where every person feels valued and honoured. Amen.”

25 August 2025

Kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar. Studju Bibbliku Lq 14:1,7-14 - It-22 Ħadd, Sena “Ċ”

 


Darba, kien is-Sibt, Ġesù daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. Billi ra b’għajnejh kif il-mistednin bdew jagħżlu l-postijiet ta’ quddiem fil-mejda, qalilhom din il-parabbola: “Meta wieħed jistiednek għal xi festa ta’ tieġ, tmurx toqgħod fil-post ta’ quddiem, li ma jkunx hemm xi mistieden aqwa minnek, u dak li jkun stieden lilek u lilu jiġi fuqek jgħidlek: ‘Agħti l-post lil dan’, u int imbagħad, b’regħxa ta’ mistħija fuqek, ikollok tieħu l-post tal-aħħar.

Għall-kuntrarju, meta tkun mistieden, mur inxteħet fil-post tal-aħħar, biex meta jiġi dak li stiednek jgħidlek: ‘Ħabib, itla’ f’post aktar ’il fuq’. U dan ikun ta’ ġieħ għalik quddiem dawk kollha li jkunu fil-mejda miegħek. Għax kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar”.

Imbagħad qal ukoll lil dak li kien stiednu: “Meta tagħti ikla jew pranzu, tistedinx lil ħbiebek jew lil ħutek jew lil qrabatek, u anqas ġirien għonja, għax għandhom mnejn imbagħad jistiednu lilek huma, u hekk iroddulek il-pjaċir li tkun għamiltilhom. Għall-kuntrarju, meta tagħmel ikla, stieden il-foqra, il-magħtubin, iz-zopop u l-għomja, u hieni int, għax dawn ma għandhomx minn fejn iroddulek pjaċir bi pjaċir, imma jroddhulek Alla meta l-ġusti jqumu għall-ħajja”.

Il-Kelma tal-Mulej.




Ġesu’ qatt ma kien jirrifjuta stedina għal xi ikla għax, madwar mejda, wieħed jagħmel ħbieb ġodda, jisma’ u jiġi mismugħ.  Dak iż-żmien kellhom ċerti regoli ta’ mġieba,eżempju:

(i) attent biex fejn wieħed jitfa’ l-ħarsa tiegħu, int ma tmiddx idejk; 

(ii) ara l-bżonnijiet tal-oħrajn; 

(iii) tikolx bil-ħatfa għax iddejjak lil ta’ ħdejk.   

(iv) Is-sid kellu joqgħod attent fejn ipoġġi l-mistednin: eż il-Fariżej  mhux ħdejn il-midinbin.

“Ġesu’ daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej.”  Kien is-Sibt, u dan il-kap kien soltu li, wara l-laqgħa fis-sinagoga, jistieden lill-familtu u xi ħbieb, fosthom ukoll lir-Rabbi biex, waqt l-ikla, jkomplu jiddiskutu fuq is-silta Biblika ta’ dak is-Sibt. Ġesu’  qagħad bil-qiegħda mal-mejda ħdejn is-sid.  Fuq kull naħa tas-sid, kont issib nies ta’ pożizzjoni għolja jew is-sinjuri.  Aktar ma titbiegħed mis-sid, aktar kont issib ħaddiema komuni.

“Qagħdu għajnejhom fuqu..” għax il-Fariżej kienu jafu li Ġesu’ ma kienx jaqbel mal-użanzi tagħhom u r-riti dwar l-ikel, il-ħasil tal-idejn u l-osservanza stretta tas-Sibt.  Kienu lesti biex jagħlqulu ħalqu b’xi kwotazzjoni mill-Iskrittura hekk kif jgħid xi ħaġa f’dan ir-rigward.

Luqa juża din l-ikla (pranzu kbir) bħala immaġini ta’ Ikla oħra li Ġesu’ se jitkellem fuqha.  Għal din l-Ikla, il-mistednin, membri tal-Komunita’ Nisranija, jiħtieġ li josservaw regoli ferm differenti minn dawk li titlob l-ikla li ħejja l-Fariżew.

“Meta tkun mistieden,  tmurx toqgħod fl-ewwel post.”  Il-kelma użata għall-“mistednin” tfisser “imsejħin.” Ġesu’ se jgħid kif dawn l-imsejħin għandhom iġibu ruħhom fil-komunita’.  

Waqt l-ikla tal-Fariżew, il-postijiet kienu jkunu assenjati minn qabel, u ħadd ma kien jissogra jieħu post ħaddieħor.  Mela, meta Luqa jgħid li Ġesu’ nnota li bdew jagħżlu l-postijiet ta’ quddiem, qed jirreferi għall-Insara ta’ żmienu u tal-lum fejn insibu ftit mhux ħażin minnhom li moħħhom biex jilħqu xi grad ta’ unur. Dan biex kulħadd jagħmel kif jgħidu huma u dejjem jiġu servuti f’kollox u qabel l-oħrajn.  

Kull tant, biex jilħqu dan il-għan, jaslu anki biex iqarrqu, jigbdu jew jiffurmaw klikek li jappoġġjawhom. L-Insara kollha huma bnedmin tad-demm u l-laħam u jħossu din il-kilba għall-poter qisha xi “bżonn.”  Min ma jikkumbattix din il-kilba jispiċċa biex iġib ruħu ta’ pagan, forsi bla ma jinduna, għax joqgħod jgħid lilu nnifsu:  “U jien mgħammed; mela kulma nagħmel kollu sewwa.” 

Din l-imġieba narawha ġo familja Nisrani fejn ħadd ma jaħsel il-platti jekk ma jkunx imissu.  Il-bqija, aktar ifittex li jiġi servut milli jservi.  Fil-Komunita’ Nisranija wkoll: kemm naqilgħu inkwiet fuq min għandu l-preċedenza f’xi ċerimonja jew purċissjoni!  Dan jiġri mhux biss fuq livell għoli imma anki fejn volontarju jkun irid jiddomina il-biċċa xogħol żgħira tiegħu (ħasil, arranġament ta’ fjuri, eċċ)  u ma jħalli ‘l ħadd jindaħallu.  Fuq dan Ġesu’ jgħidilna:

“Meta wieħed jistiednek għall-festa tat-tieġ..” Mela jekk int mistieden mhux int is-sid, u trid toqgħod fejn jixtieq hu.  Jekk minn jeddek tieħu post ħaddieħor aqwa minnek, se tispiċċa b’regħxa ta’ mistħija (il-kelma proprja tfisser “telfa”) ċċedi dal-post u tmur fl-aħħar.

Jaqbillek, mela, tmur fl-aħħar mill-ewwel biex imbagħad, is-sid ikun jista’ jgħidlek: “Ħabib, int jixraqlek titla’ aktar ‘il fuq.”  Dan ikun aktar ta’ ġieħ għalik quddiem l-oħrajn. 

Fil-passat kien hemm spiritwalita’ li tissuġġerixxi biex tiddisprezza lilek innifsek u tqis ruħek m’int tajjeb għal xejn; tkun miżerabbli u tqis lil kulħadd aħjar minnek, anki fejn dan ma jkunx minnu.  Din kienet twassal biex wieħed jiċħad it-talenti li tah Alla u ma jużahomx għall-ġid tal-proxxmu.  Mela din ma kinitx umilta’ ġenwina. 

Formazzjoni Nisranija tajba għandha twassal biex wieħed iqis ruħu qaddej, attent għall-ħtiġijiet tal-proxxmu.  Umilta’ ġenwina hi dik fejn tkun konxju tal-kwalitajiet sbieħ u t-talenti li tak Alla  u tqiegħdhom għad-dispożizzjoni tal-oħrajn, dejjem tistenna ordnijiet minn għand kulħadd.  

L-aħħar post hu l-post it-tajjeb għax huwa l-post tal-qaddej, ta’ Ġesu’, ta’ Alla.  Meta nkun f’dan il-post għandu jiġi s-Sid biex jgħidli: “Ħabib, int qed tagħmel parti mill-proġetti tiegħi, mela itla’ f’post aktar ‘il fuq.”  (Naħseb m’hawnx kelma isbaħ minn din: Ħabib!).  

Dan hu l-kobor ġenwin li għandna nfitxxu: “Min jiċċekken, jitkabbar.”  Xi wħud jaħsbu li min hu qaddej mhuwiex ħieles imma mjassar.  Imma fil-fatt, il-bniedem ħieles verament hu dak li minn jeddu jagħżel li jagħmel dak li ġie maħluq għalih: iħobb.  Hekk juri l-identita’ vera tiegħu.  Min ma jagħmilx hekk, ifisser li qed jimxi skont l-istinti tiegħu u qed jaħli ħajtu fix-xejn.

“Meta tagħti pranzu tistedinx ‘il-ħbiebek, qrabatek jew sinjuri…” Għadna nsibu Fariżej illum, li jagħmlu bħall-Fariżew tas-silta: “Jekk jidħol wieħed biċ-ċrieket tad-deheb …. u tgħidulu  ‘int oqgħod komdu bil-qiegħda’,  u jidħol fqir imċerċer u tgħidulu: ‘int oqgħod fuq il-mirfes ta’ riġlejja’….  tkunu qed tagħmlu għażla qarrieqa” (Ġakbu 2, 1-2). 

Jagħmel hekk min jistenna li jpattulu lura l-favur.  Il-Fariżej kellhom ċirku strett ta’ mistednin ġusti u puri. Illum Ġesu’ qed jgħid li wasal iż-żmien li nibdlu dawn ir-regoli ta’ stedin: il-pranzu ta’ servizz  b’xejn, bla obbligu, bla stennija ta’ tpattija bi stedina reċiproka, u mogħti lil min l-aktar qiegħed fil-bżonn.  Dawn żgur ma jkollhomx minn fejn ipattulek lura. 

Fil-pranzu tal-Komunita’ ma nistgħux infittxu l-interessi personali imma  tal-oħrajn, anki tal-għedewwa. “Għandek tistieden nies: 

(i) foqra: jien sinjur f’xi ħwejjeġ u fqir f’oħrajn.  Meta naqsam ġidi mal-foqra jien niftaqar u se nsib min jieħu ħsiebi biex nistagħna fil-ħwejjeġ li l-aktar ikolli bżonn; 

(ii) magħtubin:  anki jien ġieli nagħti pass ‘il quddiem imma nsib x’jimblukkani u naqa’ lura.  Il-magħtub irid għanjuna biex iqum fuq riġlejh mhux biss fiżikament; 

(iii) għomja: dawn ma jarawx u jiżbaljaw it-triq; 

(iv) zopop: dawn ma kinux jitħallew jidħlu fit-Tempju.  Fil-Komunita’ l-ġdida għandhom dritt jidħlu.

“Hieni int.  Bravu.  Int għaraft il-veru ħajja, għax dawn m’għandhomx minn fejn iroddulek, imma jintraddlek fil-qawmien tal-ġusti għall-ħajja.  Ħafna se jgħajruk ġifa u tellief  meta taqdi l-proxxmu b’ġenerożita’ kbira.  Imma jien qed ngħidlek ‘Hieni int’, għax b’hekk int sirt tixbaħ lill-Missieri, u qed tagħmel esperjenza tal-ferħ t’Alla li hi din: tara lill-proxxmu dejjem ferħan.”

23 August 2025

The Narrow Door: A Family Reflection



In Luke 13:22–30, Jesus reminds us that the way to the Kingdom of God is like passing through a narrow door. It’s not about knowing the right words or being in the right places; it’s about living a life rooted in love, humility, and faith.

This can sound challenging, but it’s also deeply hopeful. The narrow door is open to us all, but it requires that we walk through it with sincerity, effort, and trust in God.


Faith at Home: More Than Words

It’s easy for families to fall into routine. We go to Mass on Sunday, we say our prayers, but during the week stress takes over, arguments at home, screens replacing conversations, and busyness drowning out prayer.

I remember a young couple I know who once shared that they felt guilty because their kids saw them rushing to Mass every Sunday, but rarely saw them pray at home together. They decided to start small, just a short prayer before meals and a bedtime blessing. Over time, their children began to remind them to pray. What started as a “narrow effort” became a wide blessing for the whole family.

💬 “Faith isn’t taught as much as it is caught. Children learn by seeing.”


Choosing the Narrow Door Together

As parents and children, we are constantly faced with choices:

  • Do we forgive after a heated argument, or do we hold grudges?

  • Do we spend time together, or do we each escape into our phones?

  • Do we welcome others into our home, or do we close our hearts?

The narrow door often looks like the harder option, for example when saying sorry, listening patiently, sacrificing a bit of comfort. But in the end, it leads to stronger families and deeper joy.

💬 “The narrow path may feel harder, but it leads to wider blessings.”


The Last Will Be First: Humility in Family Life

Jesus also says, “The last will be first, and the first will be last.” In a family, this means learning to serve one another with love.

Think of the mum who gets up early to prepare school lunches, or the dad who works long hours but still makes time to play with the children. Think of siblings who put aside rivalry to support each other. These acts may go unnoticed, but in God’s eyes, they are treasures.

💬 “Greatness in a family is not about who has the loudest voice, but who loves the most quietly.”


A Glimpse of Heaven: The Great Family Gathering

Jesus reminds us that one day, people from every corner of the earth will gather at the heavenly banquet. Heaven is not a solitary experience; it’s a family celebration.

When families strive to live faith together, through prayer, forgiveness, service, and joy, they are already preparing for that eternal reunion with God.

💬 “Heaven begins in a home where Christ is welcome.”


Final Thought

The narrow door is not about fear, it’s about focus. It’s about making daily choices that shape us into a family of faith, love, and hope.

As you reflect today, ask yourself: What narrow door is my family being called to walk through this week? It could be patience, forgiveness, prayer, or service. Trust that the Lord will walk with you.

“Small daily choices, done with love, are the keys that open the narrow door.”

20 August 2025

Jiġu nies mil-Lvant u mill-Punent u joqogħdu għall-mejda fis-Saltna ta’ Alla. Studju Bibbliku Lq 13:22-30 - 21 Ħadd Matul Sena “Ċ”

 


F’dak iż-żmien, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?”. U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx. Għax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew tħabbtu l-bieb u tgħidu: ‘Mulej, iftħilna!’. Iżda hu jweġibkom u jgħid: ‘Ma nafx mnejn intom’. Imbagħad taqbdu tgħidulu: ‘Kilna u xrobna miegħek aħna, u int għallimt fil-pjazez tagħna’. Hu jwieġeb u jgħidilkom: ‘Ma nafx mnejn intom; morru minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li mhux sewwa!’. Hemmhekk ikun hemm il-biki u tgħażżiż tas-snien, meta taraw lil Abraham u lil Iżakk u lil Ġakobb u l-profeti kollha fis-Saltna ta’ Alla, u intom imkeċċija ’l barra. U jiġu nies mil-Lvant u mill-Punent, mit-Tramuntana u min-Nofsinhar, u joqogħdu għall-mejda fis-Saltna ta’ Alla. U araw, hawn min hu tal-aħħar u għad ikun l-ewwel, u hawn min hu tal-ewwel u għad ikun l-aħħar”.

Il-Kelma tal-Mulej.



Ġesu’, fi triqtu lejn Ġerusalem, jgħaddi minn xi bliet u rħula jgħallem.  Luqa qed itina rendikont ta’ dan Ħadd wara Ħadd.  Ġesu’ jaf fejn sejjer u għalfejn: irid jeħles lill-bniedem minn dak kollu li jgħassru.  Dan qed jagħmlu billi jippriedka l-Vanġelu, u, biex jixhed għall-verita’ ta’ dal-Vanġelu, se jirregala ħajtu. B’hekk ikun jista’ jagħti bidu għad-dinja tal-ħrief.  

Tajjeb li kull tant jien ukoll nieqaf ftit u nsaqsi: “Jien naf fejn sejjer?  Naf għal fejn?”  Żgur li għandi xi idejali li nixtieq nilħaq fil-futur qrib, e.g. rigward il-familja jew il-karriera.  Dawn huma ħwejjeġ tajbin.  Imma rigward il-futur aħħari, qiegħed fuq ir-rotta t-tajba?  Għandi punti ta’ riferiment (boxxla jew kwiekeb) li żgur se jwassluni sad-destinazzjoni mixtieqa?

“Jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?”  Ħafna Lhud kienu jagħmlu din il-mistoqsija.  Illum ukoll issib xi Nsara li jsaqsu dan.  Fi żmien Ġesu’ kienu jaħsbu li l-mejtin ġusti jirxuxtaw u jsalvaw, imma l-ħżiena jirxuxtaw u jiġu kkastigati.  Il-Fariżej kienu jgħallmu li l-Lhud kollha se jsalvaw, imma l-Apokalittiċi kienu jgħidu li ftit se jsalvaw, jirreferu għal  dawk li josservaw bir-reqqa it-Torah, il-Kmandamenti. 

Mela s-salvazzjoni tiddependi mill-isforz ta’ dak li jkun u tingħata bħala premju?  Le, għax din mhix xi paga, xi ħlas dovut u meritat, kif għadhom jaħsbu xi wħud, imma hi rigal mogħti lilna b’xejn minn Alla. 
Hekk jgħid ir-raġel tas-silta tal-lum: “Ftit huma dawk li jiġu salvati?”  

L-ideja żbaljata tas-salvazzjoni qanqlet ħafna tħassib matul iż-żmien: “Ħafna jew ftit se jsalvaw?”  Jew “Allura Ġuda u Hitler mhux l-infern qegħdin?”  Kellna diversi nies li ħolmu li raw xita ta’ erwieħ niżlin l-infern kuljum.  Biex ineħħi dawn l-idejat foloz minn moħħna, Ġesu’ l-anqas iwieġeb lil dak it-tali, għax ried jgħaddi l-messaġġ li s-salvazzjoni ma tiġix wara l-mewt,  għax kull min aċċetta l-Vanġelu f’ħajtu jaf li, wara t-tmiem ta’ dil-ħajja, kull persuna se tkun milqugħa fi ħdan il-Missier, għax aħna lkoll uliedu.  Għalhekk dik il-mistoqsija kienet bla sens.  

Ġesu’ ma weġibx ukoll għax kellu ħaġa aktar urġenti x’jgħid:  Hu jrid isalvana llum, minn issa!  Imma, kif nafu, huma ftit dawk li jħalluh isalvahom.  Fuq hekk, Ġesu’ hu ppreokkupat, tant li darba qal: “Ħafna huma l-imsejħin, imma ftit huma l-magħżulin,” għax ftit iridu jinvolvu ruħhom fis-Saltna ta’ Kristu billi jaċċettaw il-Beatitudni.  Din hi s-salvazzjoni! 

Żewġt iħdud ilu, meta Ġesu’ qalilna naqsmu ġidna mal-foqra, kien jaf li ftit se jisimgħu minnu.  Għalhekk kien qal: “Merħla ċkejkna.”  L-enfasi hawnhekk hu fuq il-ħajja t’issa: Ġesu’ jixtieq li ma naħluhiex fix-xejn imma ngħixuha skont il-Kelma tal-Vanġelu tiegħu, għax b’hekk biss ngħixu ta’ veri umani, hekk biss ngħixu ferħanin, f’kelma waħda b’hekk biss inħallu ‘l Ġesu’ jsalvana.

X’għandi bżonn biex insir dixxiplu u nifforma parti mis-Saltna t’Alla?  

(i)  “Tħabtu…” Il-kelma użata tfisser l-impenn tal-atleta biex jipprepara biex jikkompeti. Din użata ħafna minn S. Pawl: “Kull atleta jagħmel ħafna sagrifiċċji biex jirbaħ kuruna li tidbiel, imma aħna kuruna li ma tinqered qatt” (Kor).  Se nikkumbattu mhux ma’ xi ħaġa barra minna imma li għandna ġewwa, bħax-xewqat li jbegħduna mill-identita’ tagħna ta’ wlied.  Għax mhux ħaġa naturali għalina li naħfru, nagħmlu l-ġid, ninsew lilna nfusna u nifirħu meta naraw il-proxxmu ferħan.  Jiħtieġ nitħabtu kontra dal-egoiżmu biex naċċetaw li nkunu salvati u hekk nidħlu fis-Saltna.  Ġesu’ għadda minn dil-prova fid-deżert. 
(ii) Biex ngħaddu “mill-bieb id-dejjaq” irridu niċċekknu: “L-iċken fostkom (bħal dat-tifel) huwa kbir” (Lq 9). 
(iii)  “Mulej, iftħilna. Mal-bieb hemm rassa ta’ nies li jħabbtu mal-bieb, għax is-sid għadu kif qam u għalqu: “Mulej, iftħilna. Aħna kilna miegħek u smajnik fil-pjazez.”  

L-Insara jsejħu ‘l Ġesu’ “Mulej.” Ħafna  jisimgħu il-Kelma u jitqarbnu.  Jaħsbu li dan biss hu biżżejjed biex iħallu ‘l Ġesu’ jsalvahom.  Għalhekk iwieġeb is-sid: “Ma nafx mnejn intom.  Morru minn quddiemi intom li ma tagħmlux is-sewwa.”  

Hawn toħroġ ċara d-differenza bejn il-folla u d-dixxipli awtentiċi.  Luqa juża dal-kliem iebes għax fost l-Insara ta’ żmienu daħlet il-bruda, l-apatija u l-illużjoni li bil-qadi tal-preċett tal-Ħadd biss huma Nsara tajbin. Il-bqija jitkellmu, jirraġunaw u jġiebhom ruħhom bħall-pagani.  Is-sinjuri fosthom anki jisfruttaw lill-qaddejja.  

Luqa ppreokkupat għax kienu qed jaħbu dawn in-nuqqasijiet billi jattendu għal-liturġija u għal xi katekeżi.  Qatt ma jistqarru l-imħabba għall-proxxu u l-għajnuna għall-foqra.  Dawn Insara prattikanti imma bla fidi. Illum mhux biżżejjed inkunu nafu kemm jattendu l-Quddies, imma kemm qed jgħixu l-fidi, l-Kmandamenti kollha u l-opri tal-ħniena.  

Inkella jgħodd kliem Ġesu’: “Morru minn quddiemi..(ma jfissirx “morru l-infern”): l-imġieba tagħkom mhux qed tirrifletti dak li suppost qed tieħdu mill-liturġija fil-Knisja.  Mela fittxu għaliex ma tridux taqsmu miegħi l-idejat, ir-raġunar  u t-tagħlim tiegħi.  Biex insalvakom u biex issiru dixxipli, tridu tgħixu l-fidi kemm fil-Knisja u kemm fil-ħajja ta’ kuljum.  Din ma tistax tkun bħal tal-pagani.
 
“Nies oħra minn kullimkien se jiġu u jitqiegħdu għall-mejda tas-Saltna ….. imma intom tibqgħu barra.”  Dan ifisser li dil-ħajja t’issa se taħluha fix-xejn.  Se tkun ħajja falluta, ħajja tal-biki u, meta tindunaw b’dan u forsi jkun tard wisq, tirrabjaw magħkom infuskom u jtikom li tiddispraw (tgħażżiż tas-snin).”  

F’Mattew insibu dil-espressjoni sitt darbiet, u dejjem talludi għal dil-ħajja, mhux għall-infern, kif jaħsbu xi wħud.  Ġesu’ qed iwissi lil dawk li mhux qed iħalluh isalvahom: “Abraham, Iżakk, Ġakobb u l-profeti qatt ma semgħu il-Vanġelu, imma xorta waħda mistednin għall-mejda tas-Saltna għax ħallew l-Ispirtu t’Alla jnebbaħħhom u jmexxihom.  Kemm aktar intom għandu jmisskom din ix-xorti, intom li għandkom dal-privileġġ li qed tisimgħu il-Kelma tiegħi direttament minn għandi?”  Biex iniedi din l-imġieba ġdida tal-beatutudni, Ġesu’ jxebbagħha ma’ festa ta’ ikel, fejn kulħadd mogħti kemm irid bħala rigal, imma ħadd ma jista’ jikkapparra dal-ġid għax dan hu kollu tas-sid. 

F’din l-imġieba ġdida, mela, jiħtieġ naqsmu bejnietna bħal aħwa dal-ġid kollu mal-proxxmu.

“Ta’ l-ewwel…” huma l-Lhud li lilhom tħabbar il-Vanġelu l-ewwel.  Ħafna minnhom, li mhux se jaċċettawh. jispiċċaw l-aħħar.  “Tal-aħħar…” huma l-popli l-oħra pagani, li minnhom kienu ħafna dawk li ħaddnu l-Vanġelu u bdew jgħixuh kif imiss.  Dawn se jidħlu  l-ewwel għall-ikla tat-tieġ tal-Ħaruf.


16 August 2025

Choosing Christ Even When It’s Hard - Reflection on Luke 12:49–53


 

“I have come to bring fire on the earth, and how I wish it were already kindled! … From now on there will be five in one family divided, three against two and two against three…” (Luke 12:49–53)

This passage can feel uncomfortable. Jesus speaks about division within families, even between parents and children. Isn’t He the Prince of Peace? Yes, but the peace He brings is not about avoiding conflict at all costs. It’s the peace that comes from truth, from living in God’s will, even when that truth causes discomfort or disagreement.

For many families today, following Christ wholeheartedly can create tension. Maybe you want to pray together as a family, but some members don’t see the point. Maybe you’re trying to raise your children with Catholic values, but outside influences; and sometimes even relatives, pull in a different direction.

Jesus reminds us here: choosing Him comes first. Not to cause division for the sake of it, but because truth and love sometimes challenge comfort and familiarity.

The Fire That Purifies

Jesus speaks of bringing “fire” to the earth. Fire does two things; it warms and it purifies. In a family, the fire of Christ can reignite love, heal wounds, and burn away unhealthy patterns. But fire also changes what it touches. Following Him may mean letting go of old habits, unhealthy traditions, or ways of thinking that aren’t in line with the Gospel.

Practical Steps for Families

1. Clarify the Core Value

When conflict arises, ask: What is the Gospel value at the heart of this issue? This keeps discussions focused on principles, not personalities.

2. Respond, Don’t React
Strong emotions can escalate tension. Take a pause, breathe, and pray before speaking. This allows you to act from love, not frustration.

3. Use “I” Statements
Instead of “You never want to pray,” try, “I feel sad when we don’t pray together because prayer is important to me.” This reduces defensiveness.

4. Model What You Believe
You may not convince family members by argument, but your consistent actions—kindness, forgiveness, prayer—speak powerfully.

5. Keep the Door of Relationship Open
Even if you disagree, show that love remains. Avoid cutting off communication unless necessary for safety. Jesus calls us to witness through both truth and compassion.

A Prayer for Families in Conflict

Lord Jesus, You are the way, the truth, and the life. Give us the courage to stand for Your truth, and the gentleness to do it with love. Purify our hearts with Your fire, heal the divisions in our homes, and make our families places where Your light always shines. Amen.

Quote to Remember:
"Faithfulness to Christ may cause division, but it always sows seeds of eternal unity."

11 August 2025

A Young Person’s Experience at the Jubilee

The Jubilee is a special event that happens once every 25 years. I wanted to make the most of this year of Jubilee by attending the events in Rome specifically for the Jubilee of Youths. I had no idea that I would make so many new friends and be a part of such a transformative experience.

What is the Jubilee?

The term Jubilee comes from the Jewish word 'yobel', which refers to a ram's horn used to announce the Day of Atonement. This day marked the beginning of the Jubilee year. According to the Bible, the Jubilee happens every 50 years, after seven cycles of seven years. The purpose of this tradition was to re-establish a proper relationship with God, others, and all of creation. It involved forgiving debts and returning land.

The first Catholic Jubilee, also known as a Holy Year, was held in 1300. The frequency of Holy Years has changed over time, from every 100 years to the current 25 years. There have also been extraordinary Holy Years, such as the Year of Mercy in 2015. Catholics participate in the Jubilee by being granted a plenary indulgence.(https://www.iubilaeum2025.va/en/giubileo-2025/segni-del-giubileo.html)

Plenary Indulgence

A plenary indulgence is a concrete act of God’s mercy. It frees our hearts from the weight of sin by providing a free and abundant reparation for our wrongdoings. This grace entered human history through Jesus and the saints, and by living in communion with them, our hope for forgiveness is strengthened. (https://www.iubilaeum2025.va/en/giubileo-2025/segni-del-giubileo/indulgenza.html)


My Personal Experience

When I heard about the Jubilee of Youths, I wanted to go but wasn't sure how until I received an invitation from a Carmelite youth group. This group also offered the opportunity to meet with other young Carmelites from around the world. I went with very few expectations. Having attended World Youth Day in Lisbon, Portugal in 2023, I anticipated a similar atmosphere. What I hadn't prepared for was making so many new friends.

I travelled with the Carmelite Youths of Malta, and in Sassone, I connected with other Carmelites from around the world. The walk to Tor Vergata was challenging, but it reminded me that life is a pilgrimage. Along the way, we meet people who help us carry our burdens.



The energy and excitement of the young people were contagious, especially when Pope Leo XIV arrived. For me, the vigil was the highlight. A profound silence fell over everyone when the Holy Sacrament was exposed and Frisina’s 'Anima Christi' was sung. It felt as though all of our hearts were united in prayer.

The Mass on Sunday was filled with pure joy, especially when the song 'Jesus Christ, You Are My Life' was played and everyone sang the chorus at the top of their lungs.

Reflecting on this experience, I feel hopeful. After all, the theme of this Jubilee is "Pilgrims of Hope." In today’s world, it can be challenging to practice the faith as a young person. However, seeing all these young people on fire for the faith and the Church, I felt encouraged knowing that others are still practising and not afraid to share the gospel.

I'll conclude with the words of Pope Leo XIV, which he said during his homily at Sunday Mass:

"Aspire to great things, to holiness, wherever you are. Do not settle for less. You will then see the light of the Gospel growing every day, in you and around you.”





 

09 August 2025

Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Studju Bibbliku Lq 12:49-53 - l-Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

 


F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ! Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ’il quddiem ħamsa min-nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha”.

Il-Kelma tal-Mulej.




Is-silta tal-lum toffrilna żewġ immaġini: in-nar u l-magħmudija.

In-nar kien strument tal-progress tal-bniedem li tgħallem irażżnu biex isaħħan, isajjar l-ikel, idewweb il-metalli u jaħmi t-tafal. In-nar jaffaxxinak meta tħares lejh f’xi lejla xitwija quddiem xi fireplace. Daħal fil-leġġendi, bħal dik ta' Prometeus li seraq in-nar minn għand l-allat biex jirregalah lill-bniedem. 

Minn dejjem kellu kwalita’ divina, tant li nsibuh 378 darba fil-Bibbja. Jiħtieġ nifhmu l-mod simboliku kif  jiġi użat biex jgħinna nifhmu l-messaġġ tas-silta tal-lum.

Fil-Bibbja nsibu li permezz tan-nar Alla juri l-preżenza tiegħu fl-istorja u fil-ħajja tal-bniedem. Niftakru fil-kolonna tan-nar li akkumpanjat lill-poplu Lhudi fid-deżert; is-sajjetta msejħa “nar t’Alla” li Elija talab lill-Mulej; il-fjamma nar li għaddiet bejn l-annimali maqtula waqt il-patt li Alla kien qed jagħmel ma’ Abraham; is-siġra taqbad bla ma tikkonsma fuq is-Sinai, fejn Alla qal lil Mose’: “Jien Hu li Hu”. In-nar kien użat ukoll biex jippurifika. 

F’Sodoma u Gomorra, Alla ma qeridx in-nies ħżiena, imma kien il-ħażen li kien qed jeqred lil dawn in-nies u kien qed imexxihom biex jgħixu ta’ bhejjem selvaġġi u mhux ta’ umani. Alla ried jeħlishom minn dan il-ħażen. 

Inżommu dejjem quddiem għajnejna li n-nar hawn  użat bħala simbolu ta’ purifikazzjoni. Ġwanni l-Battista wkoll juża dan is-simbolu: “Ġej wieħed aqwa minni li se jgħammidkom bl-Ispirtu u n-nar. … it-tiben jinħaraq b’nar li ma jintefiex” (Lq 3, 16-17). Ġesu jgħid l-istess għas-sikrana u għall-mogħoż li mhumiex nagħaġ.  Ġwanni u Ġesu qed jitkellmu fuq l-Aħbar it-tajba, l-Aħbar ta’ ferħ, tama u mħabba.  

Mela, li tgħid li fis-silta tal-lum Ġesu qed jitkellem fuq in-nar tal-infern, hija dagħwa: “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtiequ ġa qabad.” Ġesu ma ġiex fostna biex jaħraq u jeqred lil ulied Alla, imma biex isalvahom. 

Meta l-aħwa Żebedew darba qalu għas-Samaritani li ma laqgħux lil Ġesu: “Tridx ngħidu nar mis-sema jinżel u jeqridhom?”, Ġesu ċanfarhom u wrihom biċ-ċar li ma ried ikollu x’jaqsam xejn ma’ nar bħal dak. F’kull bniedem issib qamħ u sikrana, it-tajjeb u l-ħażin. Alla jibgħat in-nar mhux biex jaħraq u jeqred lil uliedu, imma biex ineħħi l-ħażen minn ġo fihom. 

Kulħadd imissu jistenna b’ħerqa dan in-nar biex inaddfu mill-egoiżmu, għira, regħba, gideb u dak kollu li jisraqlu l-ferħ. Għax dan huwa l-istess Nar li niżel fuq l-Appostli nhar Pentekoste, l-Ispirtu t’Alla, il-ħajja Divina li ġabilna Ġesu. Meta dil-ħajja Divina tidħol fil-bniedem, telimina dak kollu li hu diżuman. Dan in-Nar hu l-isbaħ rigal li qatt seta’ jtina Alla.  Għalhekk Ġesu llum jidher ħerqan biex dan in-Nar “nixtiequ ġa qabad” biex tinqered is-sikrana fil-qalb  ta’ kull bniedem.

“Hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed.” Titgħammed tfisser togħdos fl-ilma. Hawn Ġesu qed jirreferi għall-ilmijiet tal-mewt. Is-simbolu tal-ilma li jnaddaf  jixbah dak tan-nar li jippurifika. Bħala bniedem Ġesu beża’ mill-mewt. Din kienu qed iħejju għaliha l-għedewwa tiegħu. L-iskop tagħhom kien li joħonqu dan in-nar tal-Vanġelu darba għal dejjem. In-nar tal-imħabba Tiegħu kien qed itihom fastidju għax kien qed joqroshom fil-laħam il-ħaj, u għax, bil-mod ta’ ħajja li għażel u bi kliemu, kien qed jaqleb ta’ taħt fuq il-ġudizzji ta’ did-dinja l-antika. Kien meħtieġ li Ġesu jidħol f’dawn l-ilmijiet u d-dlamijiet tal-mewt biex imbagħad iqum rebbieħ fl-Għid biex jagħti bidu għal dinja ġdida ta’ mħabba, immexxi mill-Ispirtu Qaddis, il-Ħajja Divina.

Hawn wieħed kien jistenna li Ġesu jispjega kif jixtieq tkun din id-dinja ġdida. Din kienet imħabbra mill-profeti: “Il-lupu joqgħod mal-ħaruf, il-ħrief tal-iljun u tal-baqra jilagħbu flimkien….. ma jibqgħux jgħallmu l-arti tal-gwerra – dinja ta’ paċi” (Isaija). 

Mhux għax Ġesu ma jridx il-paċi, imma għax, kull min jaċċetta l-Vanġelu, irid bil-fors jagħmel ċertu għażliet li se jqallbulu ħajtu ta’ taħt fuq. Rajna dan nhar il-Ħadd li għadda u x’suppost nagħmlu bil-ġid li mingħalina hu kollu tagħna. Il-Vanġelu mhux se jħajjarna nżidu biss xi devozzjoni żgħira imma se jitlob minna bidla radikali u għażliet kuraġġużi. Dan jheżżeż ir-rutina ta’ ħajjitna u l-mod trankwill u komdu li nkunu qed ngħixu, probabbli għax inkunu għamilna ħafna kompromessi. 

Bħal dak iż-żagħżugħ li, meta l-ġenituri iħeġġuh jistudja aktar u jqatta’ aktar ħin jaqra milli fuq l-ismarthone, iweġibhom: “Ħalluni fil-paċi.” Hija paċi bħal din li s-silta tal-lum ma tridniex norbtu qalbna magħha, għax mhijiex paċi awtentika. 

Il-kelma t’Alla tixbah xabla b’żewġt ixfar, għax tferi minn kull naħa, tippenetra l-intimu tal-bniedem, u teqred fina l-kriterji u r-raġunar tad-dinja l-qadima. Dak li konna nqisuh ġust, issa jibda jidher falz għax mibni fuq valuri żbaljati. 

Meta Xmun qal lil Marija: “Xabla tinfidlek qalbek” ma kienx qed jgħid fuq il-passjoni ta’ Ġesu, kif jaħsbu xi wħud. Ix-xabla hi l-Kelma t’Alla li, mħabba fiha, Marija kellha tagħmel għażliet ibsin li kienu ferm differenti milli kienet tgħallmet fis-sinagoga. Kull tant kienet tinħasad, e.g. meta f’Nazaret għajru ‘l Ġesu ‘miġnun’ għal dak li qal.

Mela, min jaċċetta l-Vanġelu jitlef il-paċi falza, imma jikseb il-paċi awtentika għax ibbażata fuq il-verita’ tal-Kelma. Din hi fjakkola li taħraq il-kriterji tad-dinja l-qadima. Dawk li mqabbdin ma’ did-dinja ta’ gideb u korruzzjoni, se jopponu bil-vjolenza  kontra dil-fjakkola. 

Fuq din il-firda Ġesu qed jitkellem fl-aħħar parti tas-silta tal-lum. Din tista’ sseħħ f’familja (2 kontra 3) fejn l-ulied ma jaħsbuhiex bħall-ġenituri. Hawn insibu paċi falza bbażata fuq inġustizzji u preferenzi, kif insibu wkoll fil-kamp ekonomiku u politiku. Dil-paċi teżisti wkoll fil-Knisja, fejn xi gruppi jibqgħu jiddefendu t-tradizzjonijiet antiki, u hekk jiġu f’konflitt ma’ min irid jinjetta nifs ġdid fil-Knisja bl-Aħbar it-Tajba, l-Aħbar is-Sabiħa, l-Aħbar il-Ġdida ta’ Ġesu ta’ Nazaret. 

Dawn il-konflitti jagħmlu tajjeb għax minnhom toħroġ ħajja ġdida għal Knisja u, bħal qabel kull twelid, ikun hemm l-uġigħ tal-ħlas, imma li, fl-aħħar mill-aħħar, tissarraf f’ferħ kbir.

🌿 Ready Hearts, Watchful Homes

 


There’s something deeply comforting in those words from Jesus “Do not be afraid.”
As parents, as spouses, as families trying our best in today’s world, we hear this and breathe a little easier. Why? Because we need to be reminded that we’re not in this alone. God is with us. And He’s pleased to give us His Kingdom. What a Father!

But then Jesus shifts the focus, He tells us to be ready, like servants waiting for their master to return. He wants us to live alert, not anxious. Awake, not stressed. Faithful, not fearful.


👨‍👩‍👧‍👦 A Home That Trusts

Trust doesn’t come naturally, especially when bills pile up, when a child is struggling, when there’s tension in the home. But Jesus invites us into a new mindset:
“Let go of fear. You are not abandoned.”

We learn that fear often grows from false thoughts:

  • “What if we’re not good enough?”

  • “What if we lose everything?”

Jesus counters these with truth:

  • You are loved.

  • You are held.

  • You are given the Kingdom!

When fear arises, take a moment together to name one truth you do know. Let God’s voice be louder than the worry.


🕯️ Living Ready – Together

Jesus says, “Be dressed for action and have your lamps lit.” (v.35)
This isn’t about panic or paranoia. It’s about living with a sense of mission. Imagine what our homes would be like if each day was lived as if Jesus was coming for dinner.

Readiness doesn’t mean perfection. It means:

  • Saying sorry after an argument.

  • Helping someone in need without waiting to be asked.

  • Making prayer part of the family rhythm, not a last resort.

➡️ Family challenge: Create a “Readiness Jar.” Each week, write down one small act of love you did as a family that helped you be more like Jesus.


🔑 “To Whom Much Is Given…”

Jesus ends this passage with a gentle but serious reminder:

“From everyone who has been given much, much will be demanded.” (v.48)

God has blessed our families in unique ways; time, talents, presence, patience (sometimes!). These aren’t just for us to enjoy; they’re to be shared, multiplied, and offered.

➡️ Reflection question: What has God given our family? And how can we use it to bless others, especially those who are struggling?


✨ Final Thoughts

We don’t need to have it all figured out. But we do need to show up, hearts open, hands ready. The Christian home isn’t perfect. But it is watchful, trusting, forgiving, and ready.

💬 “Faithfulness is found not in doing grand things, but in doing small things with great love, over and over again.”

So today, dear family, let’s be:

  • Less afraid

  • More awake

  • More generous

  • More faithful

Jesus is coming. Not to catch us out, but to catch us ready.


🙏 Closing Prayer

Lord Jesus, help our family to be ready; not with fear, but with love. May our home be a place where You are always welcome, where trust overcomes worry, and faith leads the way. Amen.

01 August 2025

More Than Stuff: What Are We Really Building as a Family?



Jesus tells the story of a man who built bigger barns to store all his wealth. He thought he was secure. He told himself, “Take it easy! Eat, drink, and enjoy yourself!” But God had other plans. That very night, the man’s life would end. And then… what would all his riches mean?

This story may seem distant from our day-to-day family life, but it hits closer to home than we think.

💬 “Life is not found in what you own, but in whom you love.”

So often, as parents or caregivers, we work hard to provide. That’s beautiful. But sometimes we fall into the trap of over providingthinking we need more things to make our children happy: the newest phone, the fanciest toys, the best car, the perfect house.

But children don’t remember what model TV was in the living room.
They remember who sat beside them to watch a film.
They remember the bedtime stories, the meal prayers, the laughs at dinner.

👨‍👩‍👧‍👦 Let’s Reflect as a Family: What Are We Really Building?

Jesus isn’t saying wealth is bad. He’s warning us: don’t build your life on things that won’t last.

  • Are we building bigger barns while our family grows more distant?

  • Do our kids know they are loved more than anything we could ever buy them?

  • Are we spending our best energy on people, not possessions?

We need a shift—from rich in stuff to rich in spirit.

💬 “The best family inheritance is faith, not finances.” – Pope Francis

Let’s pass down stories of grace, habits of prayer, and hearts full of generosity. Those are the treasures that last forever.

💡 Family Activity: The Gratitude Jar

Place a jar in the kitchen. Every day, each family member writes one thing they’re grateful for (big or small). At the end of the week, read them together. Watch how your hearts grow richer.

🙏 Family Prayer

Lord, teach us to treasure what truly matters. Help us to build a home that is rich in love, faith, and compassion. May we never chase after things that fade, but hold fast to the things that last: You, and each other. Amen.

📣 A Final Encouragement:

Don’t worry about having the perfect life. Worry about living it with purpose, together.
Your greatest wealth is already in your home. Treasure it. Grow it. Share it. ❤️


Kunu lesti intom ukoll. Studju Bibbliku Lq 12:32-48 - id19-il Ħadd. Sena “Ċ”

 


F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Le, merħla ċkejkna, tibżgħu xejn, għax Missierkom għoġbu jagħtikom is-Saltna! Bigħu ġidkom u agħtuh karità u fittxu għalikom infuskom boroż li ma jitmermrux, teżor li ma jiġix nieqes fis-sema, fejn la l-ħalliel ma jersaq u lanqas il-kamla ma tħassar. Għax fejn hemm it-teżor tagħkom, hemm tinsab qalbkom ukoll. Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih. Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! Tassew ngħidilkom, li hu jitħażżem, iqegħedhom madwar il-mejda, u jgħaddi quddiemhom iservihom. U kieku kellu jiġi fil-ħin tat-tieni sahra, jew tat-tielet, u jsibhom xorta waħda fuq dmirhom, henjin huma! Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf xħin ikun ġej il-ħalliel, ma kienx se jħalli min jinfidlu l-ħajt ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem”.

Qallu Pietru: “Mulej, din il-parabbola qiegħed tgħidha għalina, jew għal kulħadd?”. Wieġbu l-Mulej: “Int min tgħid li hu l-qaddej fidil u għaqli? Min hu dak li s-sid iqiegħdu fuq in-nies tad-dar biex jagħtihom sehemhom f’ħin l-ikel? Hieni dak il-qaddej li sidu jiġi u jsibu jagħmel dan. Ngħidilkom is-sewwa, li jafdalu ġidu kollu f’idejh. Imma nagħmlu mod li dak il-qaddej jibda jgħid f’qalbu: ‘Sidi jiddawwar ma jiġi’, u jaqbad isawwat lill-qaddejja kollha, irġiel u nisa, u jiekol u jagħtiha għax-xorb u s-sokor; sid dak il-qaddej jasal f’jum meta ma jkunx jistennieh, f’siegħa li fiha jieħdu għall-għarrieda, u jagħmlu bċejjeċ u jagħtih dak li ħaqqhom in-nies li mhumiex fidili. U dak il-qaddej li jkun jaf xi jrid sidu, u madankollu ma jħejjix jew ma jagħmilx li jrid sidu, swat kbir jaqla’. Min imbagħad, bla ma jkun jaf xi jrid sidu, jagħmel xi ħaġa li jkun ħaqqha s-swat, dan ftit jissawwat. Għax lil min tawh ħafna, ifittxu li jieħdu ħafna mingħandu; u min ħallewlu ħafna f’idejh, iżjed jippretendu mingħandu”.

Il-Kelma tal-Mulej.




Il-Ħadd li għadda rajna kif sid ta’ għalqa kellu ħsad tajjeb, imma ma gawda xejn minn dan il-ġid. Illum Ġesu jgħidilna x’nagħmlu biex ma jiġrix hekk lilna.

“Merħla ċkejkna, tibżgħu xejn.” Jibda hekk għax se jagħmel proposta li għandha mnejn tbeżżagħna. In fatti, Ġesu qisu qed jistenna li ftit (merħla ċkejkna) se jagħtu widen għal kliemu, għax se jgħid xi ħaġa ta’ riskju. 

Waqt li aħna ninkwetaw meta ma nixtrux djar, għelieq (plots) u ġid ieħor bi rħis, u ma nbiegħux bl-għali, Ġesu jgħidilna: “Il-ġid li għandek qed jitlef il-valur tiegħu. Tibża’ xejn. Issa l-waqt li tbiegħu, u l-flus agħtihom karita’.” 

Il-kelma użata bil-Grieg ma tfissirx ‘karita’ jew ‘elemożina’ (fejn nagħtu ftit ewro darba kull tant) imma ‘ġustizzja’. Mela Ġesu mhux qed jgħidli biex inwaddab kollox ‘il barra mit-tieqa, imma li b’ġidi nagħmel ġustizzja ma’ min hu fil-bżonn. Il-ġid hu t’Alla, għalhekk min m’għandux biżżejjed biex jgħix, għandu dritt “jgħix ma’ min għandu,” fi kliem ieħor, għandu dritt għaż-żejjed li għandi jien. 

“Fittxu boroż li ma jitmermrux…. għax fejn hemm it-teżor tagħkom, hemm qalbkom ukoll.” Mhux ta’ b’xejn li ħafna maħbubin jirreferu għal xulxin bħala ‘teżor’ daqs li kieku qed jgħidu ‘qalbi’.

Is-sid tal-Ħadd li għadda qatt ma basar li l-mewt se tifirdu ħesrem minn ġidu. Ġesu jurina kif  ma nħallux li jiġrilna dan bi tliet parabboli: 

“Henjin dawk il-qaddejja li, meta jiġi sidhom, isibhom jishru.” Is-sid li telaq għall-festa tat-tieġ hu Kristu li wettaq il-missjoni tiegħu, u tela’ għand il-Missier. Biex ikomplu l-missjoni tiegħu ħalliha f’idejn il-qaddejja, il-kommunita’ Nisranija. F’din id-dar m’hemmx sidien, imma kollha qaddejja. Kull wieħed għandu r-rwol x’jaqdi u kif għandu jġib ruħu: 

“.. ġenbejkom imħażżmin u l-imsiebaħ mixgħula.”    Fil-Lvant, in-nisa u l-irġiel jilbsu libsa twila. Waqt ix-xogħol u meta jimxu barra, jorbtu dil-libsa mill-qadd. F’ħin il-mistrieħ, iħollu dan l-irbit biex jirrilassaw.

Ġesu hawn qed jgħid li s-segwaċi (dixxipli) tiegħu għandhom iżommu ġenbejhom imħażżmin biex juru li huma dejjem lesti biex jaqdu, anki fil-ħin liberu tagħhom. Għandhom ukoll dejjem iħallu l-musbieħ mixgħul biex, min jiġi jfittex l-għajnuna u jara d-dawl, jagħmel kuraġġ u jħabbat il-bieb, anki bil-lejl. 

Il-qaddej li jimmaniġġa ġidu sew, u jkun dejjem lest għall-qadi tal-proxxmu, se jgħix ħajja li tkun irnexxiet f’għajnejn Ġesu. Dan ikun qisu qaddej li jkun qed jistenna ‘l sidu ġej lura minn vjaġġ, u, meta jasal għall-għarrieda, isib lill-qaddej fidil fuq xogħlu. 

Din m’għandhiex x’taqsam meta l-mewt tiġi fuq xi ħadd għall-għarrieda, issibu midneb u jmur l-infern. Kull meta jiġi Ġesu, jiġi biex jagħmlilna festa. Ħafna drabi jiġi fil-fqar li, permezz tagħhom, Hu jħabbtilna l-bieb. Mux biss jistenna li niftħulu imma wkoll li naqduh b’għajnuna siewja u tanġibbli lill-fqir (Inħobbok f’min hu fqir). Mhux biss bil-flus imma wkoll nagħtu mill-ħin tagħna, nisimgħu il-karba tagħhom, forsi nagħtu kelma ta’ konfort jew xi parir, jew immorru xi qadja għalihom.  B’hekk dan l-investiment għaqli fl-imħabba jirrendilna teżor li ma jitmermirx u ma tmissu l-ebda kamla.

“Tassew ngħidilkom li jqegħidhom fuq il-mejda, jitħażżem u jgħaddi jservihom.” F’ikla ta’ tieġ kont issib il-mistednin mimdudin (sdrajjati)  madwar il-mejda, u l-qaddejja.  

Fl-Aħħar Ċena, id-dixxipli kienu għadhom bl-ideja li tkun kbir ifisser tkun servut. Ġesu qaleb dal-kunċett ta’ taħt fuq: “tkun kbir meta taqdi”, u tahom eżempju billi ħaslilhom riġlejhom.  Illum ukoll qed jgħidilhom li meta jerġa’ jiġi, lid-dixxipli li kibru fil-qadi tal-proxxmu, “jqegħidhom madwar il-mejda, jitħażżem u jgħaddi jservihom.” 

Dan għax ikunu mxew fuq il-passi ta’ Ġesu ta’ Nazaret, li ġie fid-dinja “mhux biex ikun servut imma biex iservi.”  Il-kobor t’Alla hu l-qadi, għax il-qadi jfisser imħabba. Bniedem ikun kbir daqskemm jaqdi lill-proxxmu: “Alla nnifsu jkun magħhom u jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom.” (Apok. 21, 4)

“Jekk sid id-dar ikun jaf x’ħin se jiġi l-ħalliel, ma jħallihx jidħollu f’daru.” Veru li l-mewt tista’ tiġi bħal ħalliel, imma, meta jiġi Alla, ma jiġix “biex jiħdilna kollox” imma biex isalvana. Mhux Alla hu l-ħalliel, imma kull min itellifna ċ-ċans li nagħmlu l-ġid mal-proxxmu. 

Ġesu qed iwissina llum biex noqogħdu dejjem għassa għal dawn il-ħallelin. Mhux kulħadd imut f’daqqa. Ħafna jmutu wara marda twila jew ta’ eta’ kbira. Bħala wlied Alla, għandha tkun ħaġa naturali li nużaw daż-żmien twil misluf lilna biex inħobbu kif iħobb Hu. Qabel ma jiġi għall-aħħar darba, jiġi jżurna ħafna drabi oħra liebes ta’ fqir, biex ifejjaqna mir-regħba tagħna, u “jisirqilna” ġidna billi jħajjarna naqsmuh mal-foqra, li jistgħu jiġi “għal għarrieda”, wara l-kantuniera, jew wara biebna. 

Dawn joffrulna ċ-ċans biex ngħinu. Ġesu jgħidilna li, tant għandna nkunu għassa, li m’għandniex nitilfu ċans wieħed minn dawn. L-għotjiet li nagħtu lill-fqar isiru mħabba u jsalvawna mir-regħba. Min jgħix hekk, se jgħix fil-paċi għax il-mewt mhu se ssiblu xejn x’tisraqlu.   

Pietru qallu: “Dil-parabbola qed tgħidha għalina?” Ġesu wieġbu: “Fost il-qaddejja hemm xi wħud li ġew fdati aktar mill-oħrajn. Dawn iridu joqogħdu għassa aktar, għax faċli jaħsbu: “Sidi jiddawwar ma jiġi” u jabbużaw mill-pożizzjoni tagħhom. 

Min imexxi l-Komunita’ jrid ikaxkar l-oħrajn bl-eżempju għax, “jekk tawk ħafna, ifittxu ħafna minn għandek.” Luqa qed jikteb fi żmien meta mhux il-mexxejja kollha kienu qed jamministraw il-ġid tal-komunita sew.  Ir-regħba għelbithom għax ma għassux tajjeb. 

Bil-kliem “jagħmlu bċejjeċ” u “swat”, Luqa ried jheżżeż ftit dawn it-talin ħa jistenbħu u jirrejalizzaw li, jekk iġibu ruħhom hekk, se jaqtgħu lilhom infushom minn dil-“merħla ċkejkna.”

The Call Youth Group - Registration Form

Featured post

Calling All Youth: Join the Unite & Ignite Movement at 'The Call Ministries'

  Are you ready to embark on a journey that's all about igniting your passions, empowering your dreams, and finding your unique place in...

The Call Youth Group - Registration Form