Meta Pixel Code

30 June 2025

Jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu. Studju Bibbliku Lq 10:1-9 - L-Erbatax-il Ħadd ta' matul is-Sena

 


F’dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit! Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu! Morru: araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd.

Fid-dar fejn tidħlu, l-ewwel għidu: ‘Is-sliem lil din id-dar’. U jekk fiha jkun hemm min iħobb is-sliem, jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu; jekk le, it-tislima tagħkom terġa’ lura għandkom. Ibqgħu għand dik il-familja, u kulu u ixorbu milli jkollhom huma, għax il-ħaddiem ħaqqu ħlasu. Toqogħdux idduru minn familja għal oħra. F’kull belt li fiha tmorru u jilqgħukom, kulu dak li jqegħdulkom quddiemkom; fejqu l-morda li jkun hemm; u lin-nies għidulhom: ‘Is-Saltna ta’ Alla waslitilkom’. Imma l-belt li fiha tidħlu u ma jilqgħukomx, oħorġu fil-pjazez tagħha u għidu: ‘Sat-trab ta’ beltkom infarfru minn ma’ riġlejna, u nħalluh għalikom. Imma kunu afu dan: is-Saltna ta’ Alla waslet’. Ngħidilkom li dak il-jum ikun eħfef għal Sodoma milli għal dik il-belt”.

It-tnejn u sebgħin reġgħu lura ferħana jgħidu: “Mulej, ix-xjaten ukoll joqogħdu għalina minħabba f’ismek”. U hu qalilhom: “Iva, jien kont narah lix-Xitan jaqa’ bħal berqa mis-sema. Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li tegħlbu kull qawwa tal-għadu u ebda ħsara ma jagħmlulkom. Madankollu mhux b’dan ifirħu, li l-ispirti joqogħdu għalikom, imma ifirħu għax għandkom isimkom miktub fis-smewwiet”

Il-Kelma tal-Mulej.




Il-Ħadd li għadda rajna kif Ġesu għamilha ċara ma’ dawk li xtaqu jimxu warajh: mhux se tkun triq faċli u ma setgħux iħarsu lura għall-ħajja tal-passat.

Wara dawn il-fatti nsibu s-silta tal-lum fejn Ġesu “qabbad 72 oħra u bagħathom tnejn tnejn” iħejjulu t-triq. Luqa biss isemmiha din, u rridu ngħidu li Ġesu ma marx f’36 raħal. Dan hu simbolu għal kull dixxiplu u kull Nisrani li Ġesu jitolbu jħejji n-nies sew bi klima tajba għall-miġja tiegħu f’ħajjithom. 

72 kien in-numru tal-popli pagani fid-dinja ppreżentati f’Ġenesi 10. Il-messaġġ hu li Ġesu jrid li l-Vanġelu jitħabbar fid-dinja kollha. 

Meta Luqa jgħid 72 “oħra” jfisser li mhux qed jgħid għall-appostli (il-kleru), imma għalina l-lajċi. 

“Tnejn tnejn” jindika l-minimu li jista’ jkollok biex tifforma komunita’.  Mela l-komunita’ se tkun li tevanġelizza  u mhux wieħed għal rasu.

“Il-ħsad huwa kbir.”  Fil-ktieb ta’ Ġoel, il-ħsad hu meqjuż bħala theddida  meta Alla ma felaħx aktar għall-ħażen ta’ Israel, u ġej bil-minġel biex jeqred il-poplu. 

Ġesu llum ibiddel din it-tifsira b’messaġġ ta’ salvazzjoni. Kif il-qamħ hu lest għall-ħsad, il-bnedmin tad-dinja lesti għall-wasla tal-jum tal-fidwa.

Mill-qamħ isir il-ħobż, u dan, mibdul fl-Ewkaristija, se jkun il-mezz prinċipali għat-twettieq ta’ dil-fidwa. Kristu se jsir ħobż għalina, biex aħna mbagħad immantnu l-bżonnijiet ta’ ħutna. Id-dmir tad-dixxiplu hu li jinvolvi lil kulħadd fil-bini ta’ din id-dinja ġdida ta’ mħabba, għax “il-ħsad hu kbir.” Meta kull bniedem iqiegħed lilu nnifsu għad-dispożizzjoni tal-proxxmu, jibda jitwettaq dan il-pjan t’Alla għal uliedu. Għal dil-biċċa xogħol jinħtieġu ħafna ħaddiema.

“Itolbu sid il-ħsad..” Alla ma jisforza lil ħadd għal dax-xogħol. Imma jekk ħafna jitolbuh, fi kliem ieħor jidħlu f’sintonija miegħu u hekk jagħrfu x-xewqa tiegħu, żgur li jaslu biex jirrejalizzaw il-bżonn kbir ta’ ħaddiema, u joffru ruħhom.  Dan it-talb ma jibdilx id-deċiżjonijiet t’Alla imma ta’ min jitlob. 

Il-verb użat għal “jibgħat” ifisser jinbotta. Jekk dan it-talb isir sew, se nħossu x’jinbuttana ‘l quddiem biex immorru naħdmu f’dan il-ħsad. Kemm naraw Insara bla ħeġġa, għażżiena, jikkuntentaw bi ftit devozzjonijiet biss, jistħu jew jibżgħu jistqarru t-twemmin tagħhom fil-beraħ, eċċ. Jekk inħajruhom jitolbu sew, se jħossu din l-inbuttatura għax-xogħol fl-għalqa tal-Mulej.

“…bħal ħrief qalb l-ilpup.”  L-ilpup huma dawk li jimxu bil-loġika tal-poter, vjolenza, gideb, eċċ. Id-dinja mimlija b’dawn in-nies. Kieku kollha kienu ħrief, Ġesu ma kienx ikollu għalfejn jibgħat lid-dixxipli. Imma kif nafu tant tajjeb anki llum, hemm bżonn kbir biex kull lupu jsir ħaruf ġwejjed, fraġli, ma joqtol lil ħadd. 

Il-ħaruf ħaj jagħtina l-ħalib u s-suf – mejjet, jagħtina laħmu: jagħti kollox. Dan hu simbolu tal-bniedem il-ġdid tal-paċi kif fasslu Ġesu ta’ Nazaret: seftur tal-oħrajn u lest biex jagħti ħajtu għalihom.  

Mela d-dixxipli tal-lum iridu joqogħdu għassa li ma jmorrux is-sentimenti tal-lupi jgħollu rashom: rabja, suppervja, poter, eċċ. Jekk jiġri hekk, ma jistgħux jaslu biex jikkonvertu l-ilpup. Ġieli ġara dan fil-passat, e.g. il-Kruċjati. 

Illum ukoll hawn min ikollu tentazzjoni biex jikkonverti bil-forza. Dan ħażin u ma jwassal għal imkien. Id-dixxiplu għandu jittrasforma l-ilpup fi ħrief biex isiru aħwa lesti li jagħtu ħajjithom għall-oħrajn. L-unika mezz effikaċi li għandhom jużaw hi l-Kelma mirakuluża tal-Vanġelu li fiha qawwa Divina.

“Teħdux magħkom but, borża jew qrieq.” Dan ifisser li d-dixxiplu ma jġemma’ u jżomm xejn għalih: il-but hu simbolu tal-flus u l-borża il-ħobż.  

Par qorq f’saqajh biżżejjed, m’hemmx għalfejn par ieħor fuq spalltu. Dan biex jidher li hu sinjur biss bil-Vanġelu. Ħasra li ħafna aspetti fil-Knisja, bi skuża jew oħra, ma baqgħux jibbażaw biss fuq il-kelma t’Alla, imma daħlu qawwiet ta’ rikkezzi, politika u poter. Il-Papa Franġisku agħmel ħiltu kollha biex nerġgħu lura għal dak li hu l-aktar bażiku u essenzjali.

(i) “Issellmu lil ħadd,” mhux biex jonqsu mill-manjieri imma biex ma jitilfux żmien fit-tpaċpiċ fil-vojt.  Dan messaġġ għalina llum biex fil-laqgħat tagħna ta’ kull grad u tip, inżommu mas-suġġett u mmorru dritt għall-punt. 

(ii) “Paċi lil did-dar.” Id-dar, mhux biss il-ħitan, imma l-intimita’ mal-membri tal-familja li jkollhom l-inkwiet tagħhom. Mela l-ewwel mhux issemmu l-kmandamenti, imma nxerrdu messaġġ ta’ paċi, tama u ferħ. Nagħmlu enfasi li l-Vanġelu hu Aħbar ta’ ferħ. Wara, mbagħad, nitkellmu fuq il-morali. 

(iii) “Tiġrux minn dar għall-oħra” għax min ikollu ftit x’jagħtikom, u min ħafna, u tispiċċaw tgħixu ta’ rejiet. Jekk jiġri hekk, il-vanġelu ma jibqax kredibbli. 

(iv) “F’kull belt li jilqgħukom, kulu li jtikom” ħalli ma jiħdux fastidju. Aċċettaw il-kultura u l-użanzi reliġjużi tagħhom u toqogħdux tgħidu “għax dal-ikel impur għax kien offrut lil xi idolu.” Kull ikel hu rigal t’Alla. 

(v) “Fejqu l-morda” tfisser ukoll ħudu ħsieb il-bżonnijiet tagħhom. Il-Knisja għadha tagħmel hekk: fejn ikun hemm bżonn fid-dinja, issib Insara li jgħinu b’xi mod. 

(vi) “Is-Saltna t’Alla waslet” fi kliem ieħor, jekk ittawwal dirgħajk, tmissha. Attent biex ma titlifx daċ-ċans li tilqa’ l-kelma li ġiet imħabbra lilek il-lum. 

(vii) “Sat-trab ta’ belthom li weħel ma’ riġlejna nfarfru.” Lhudi li jkun siefer, qabel jerġa’ jirfes art f’Israel, ifarfar kull traċċa ta’ paganiżmu li jkun weħel miegħu. Ġesu jwissi li dawk li ma jaċċettawx il-Vanġelu biex ikomplu b’ħajjithom ta’ vjolenza u mibegħda, għandu mnejn ikunu nfluwenzaw xi ftit jew wisq lid-dixxipli. 

Dawn iridu jfarfru l-qrieq, mhux b’sinjal ta’ disprezz, imma biex jeħilsu minn kull impatt li dil-ħajja pagana setgħet ħalliet fuqhom.  L-Insara tal-lum hekk iridu jagħmlu bis-soaps u t-talk-shows li jimminaw il-valuri Nsara. Infejqu dil-ħsara  bit-talb u riflessjoni serja fuq il-Vanġelu, sħiħ u bla mittiefes.  

(ix) In-nies ta’ Sodoma irvinaw ħajjithom bl-imġieba tagħom. Dan ġabuh b’idejhom u ma kienx kastig t’Alla. Hekk jiġrilu min ma jaċċettax il-Vanġelu.

“It-72 reġgħu lura ferħanin.” Stagħġbu bl-effetti tal-Vanġelu fuq il-ħażen. Ix-xitan li Ġesu jgħid waqa’ mis-sema bħal sajjetta mhu ħadd ħlief l-allat pagani li xi bnedmin poġġew fis-sema biex jirregolawlhom ħajjithom.  

Fis-sema Alla wieħed biss hemm. Dawn kienu biss f’imħuħ il-pagani, u jisparixxu fejn jidħol il-Vanġelu. L-allat tal-lum jistgħu jkunu x-xjenza, it-teknika, il-midja soċjali eċċ. Dawn għandhom iservu ta’ għodda siewja fit-tħabbir tal-Vanġelu u m’għandniex inħalluhom jaħkmuna bħala allat.

29 June 2025

“Built on the Rock”: Discovering Faith and Family in Matthew 16:13–19

 


When Jesus turned to His disciples and asked, “Who do you say I am?” (Matthew 16:15), He wasn’t just checking if they knew His title. He was inviting them into something deeper—a personal, living relationship. And when Peter boldly declared, “You are the Messiah, the Son of the living God,” something powerful happened. Jesus responded with a promise that still echoes through the Church and through our homes today:

“You are Peter, and on this rock I will build my Church.”

Let’s unpack this moment and what it means for you, your family, and your journey of faith.


1. “Who Do You Say I Am?” – The Question That Shapes Our Lives

In a world full of labels and opinions, Jesus still asks: “Who do you say I am?”
We’re often tempted to define ourselves by our work, failures, followers, or even what others say about us. But Jesus doesn’t want shallow answers. He wants to know: “Do you know me personally? Am I your friend, your Saviour, your guide?”

When negative thoughts attack your identity (e.g. “I’m not good enough”), challenge them with the truth of who Christ says you are: loved, chosen, and called.


2. Faith That Confesses – Let’s Be Bold Together

Peter didn’t just think it, he said it out loud and clear. There’s power in speaking your faith, especially in front of your family and friends. In a culture that sometimes ridicules belief, it takes courage to say, “I believe in Jesus.” But that witness could be exactly what someone else needs to hear.

As a family, try this: at the dinner table, take a moment to each share something you believe or something God did for you this week. Let faith become your normal conversation.


3. “Built on the Rock” – What Are We Building On?

Jesus didn’t say, “on this sand I will build.” He said, “on this rock.” And in Peter’s faith-filled response, He found the foundation for His Church. The same applies to our homes today. If we build our family life only on success, money, or activities, we’ll get shaky. But if we build on prayer, truth, love, and Christ’s teachings, we’ll stand firm, even in storms.

Take time to pray together as a family. Even 5 minutes. That’s rock-building.


4. Keys to the Kingdom – The Power of Responsibility

Jesus gave Peter the “keys”, not just a symbol of leadership, but a sign of trust. Today, He places spiritual responsibility in your hands too.

Parents, you hold the keys to guide your children in the faith. Young adults, you hold the keys to influence your peers and shape your future.

Responsibility can feel heavy. But with God, it's never something we carry alone. Use your keys well: unlock conversations, open up hearts, and lead others gently to Jesus.


5. Peter Wasn’t Perfect—and That’s Good News

Let’s not forget: Peter was the one who denied Jesus three times! Yet, he’s still the rock. Why? Because Jesus sees beyond our failures. He sees the potential hidden under the mess. That’s true for us too.

Mistakes do not define you. Your response to them does. Choose growth. Choose confession. Choose starting again.


6. The Church Starts at Home

Yes, the Church is made of bricks and stained glass, but also of family dinners, bedtime prayers, car rides, and moments of forgiveness. Your home is the first Church your children will know. Make it a place where Christ is welcome. Not just in pictures on the wall, but in the way you speak, love, and forgive.

Try this today: light a candle at dinner. Say a short prayer. Let your children see faith in action—not perfection, but participation.


Final Thoughts: What About You?

So let’s go back to the question: Who do YOU say Jesus is?
Is He a Sunday thought, or the One your whole life is built on?

Today, He’s inviting you again. Not into rules, but into relationship. Not into fear, but into freedom. And your family? They’re invited too.

Together, let’s be like Peter. Let’s speak boldly. Let’s build firmly. Let’s lead faithfully.

Because the world needs more families built on the rock.

23 June 2025

Inti Pietru: jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-smewwiet. Studju Bibbliku Mt 16:13-19 - Solennità ta’ San Pietru u San Pawl, Appostli



F’dak iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud Ġwanni l-Battista, oħrajn Elija, u oħrajn Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” “Imma intom,” qalilhom, “intom min tgħidu li jien?” U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla ħaj.” U wieġbu Ġesù u qallu: “Imbierek int, Xmun, bin Ġona, għax mhux il-laħam u d-demm urewk min jien, imma Missieri li hu fis-smewwiet. U min-naħa tiegħi ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-ġebla jiena nibni l-Knisja tiegħi, u l-bibien tal-infern ma jegħlbuhiex. Lilek nagħtik l-imfietah tas-Saltna tas-Smewwiet, u kulma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kulma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.

Il-Kelma tal-Mulej



Fl-inħawi ta’ Ċesarea ta’ Filippu wieħed kien isib art fertili ħafna. Il-merħliet kienu jirgħu fuq ħaxix bnin, u b’hekk jirrendu prodotti mill-aqwa.  Ir-raġuni kienet li mill-muntanja Ħermon insibu tlett għejjun ta’ ilma li wara ftit kienu jiltaqgħu biex jiffurmaw ix- xmara Ġordan.  In-nies kienu joffru l-prodotti tagħhom lill-allat tan-Natura f’żewġ tempji li kien hemm fil-belt ta’ Ċesarea, kemm bħala radd il-ħajr u kemm biex l-allat ikomplu  jkattru l-ġid fost dak il-poplu.  Dil-belt kien bniha bħala belt kapitali Filippu, iben Erodi.  Biex jaġevola r-Rumani, semmiegħa Ċesarea ta’ Filippu, mhux Filippu biss.

Ġesu’ jsaqsi lid-dixxipli Tiegħu:  “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” 

It-termini “bin il-Bniedem” bil-Lhudi kienet tfisser sempliċement “bniedem”.  Ġesu’ ppreżenta ruħu bħala bniedem, imma bniedem speċjali – il-bniedem li rnexxa fil-veru sens tal-kelma. F’dawn l-inħawi, in-nies kienu jqisu lil Filippu bħala l-bniedem li rnexxa. Kellu żewġ  palazzi, ġid u poter. L-allat kienu qed ibirkulu l-art u l-merħliet b’abbundanza. 

Imma dawn biżżejjed biex jagħmlu wieħed “bniedem li rnexxa tassew”? Id-dixxipli kellhom dan kollu quddiem għajnejhom. 

Għalissa jirrispondu: “Ġwanni l-Battista, Elija, Ġeremija jew xi profeta.” 

  • Ġwanni kien rett u ta’ sinsla. Dak li hu ħażin kien jgħidlu ħażin, jagħmlu min jagħmlu. 
  • Elija kien jisħaq fuq Alla wieħed u jikkundanna l-idoli.  
  • Ġeremija kien jgħid lin-nies biex ma jirriduċux ir-reliġjon għal sempliċi riti biss. Kien hemm bżonn il-fidi.
Mhux ta’ b’xejn li n-nies xebbħu lil Ġesu’ ma’ dawn il-profeti.

Ġesu’ jagħmel pass ieħor: “Imma intom, min tgħidu li jien? Fi kliem ieħor:  Jien x’jien għalikom?  Qed tifhmu x’qed nipproponi għall-bnedmin?  Dinja ġdida b’ħajja ġdida fejn tirrenja  l-imħabba bla limiti u bla kundizzjoni?  Jien kemm niswa f’ħajjitkom?”  

“Int il-Messija, Bin Alla l-ħaj.” Pietru wieġeb tajjeb għalkemm żgur kien għadu marbut mal-idejat ta’ Messija  kif kien sema’ f’żogħżitu mir-Rabbini, jiġifieri li l-Messija se jkun qawwi u kbir skond il-kriterji  ta’ did-dinja.  Almenu fehem li Ġesu’ kien il-Messija.  

Għalhekk Ġesu’ se jispjega xi tfisser  tkun dixxiplu tal-Messija: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li Hu fis-smewwiet.  U jien ngħidlek: ‘Int Pietru, u fuq din il-blata jien nibni l-Knisja Tiegħi u s-setgħat tal-infern ma jegħelbuhiex.  Jien nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll  fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet.’”  

Ġesu’ jifraħ li ġie rrivelat lil Pietru li Ġesu’ hu il-Kristu, il-Messija. Ġesu’ sejjaħ lil Xmun Pietru “blata” li fuqha se jibni l-Knisja Tiegħu.  Irridu niftakru li l-ewwel ġebla, il-ġebla tax-xewka (foundation stone) hija Kristu u l-Fidi fi Kristu.  

Pietru se jkun il-ġebla li se titqiegħed l-ewwel qabel l-oħrajn kollha fuq dil-ġebla tax-xewka.  San Pietru lin-neofiti li għadhom kemm tgħammdu jiktbilhom: “Intom ġebel ħaj magħqudin  mal-Ħaġra Prezzjuża magħżula minn Alla fl-Għid.”  

Wara d-diskors tal-muntanja,  Ġesu’ jurina għażla fuqhiex se nibnu ħajjitna: fuq ir-ramel jew fuq il-blat?  Fil-Bibbja, il-blata hija Alla, Kristu u l-Fidi fi Kristu.  

Pietru ma tax każ x’qalu l-bnedmin l-oħra fuq Ġesu’, imma sema’ leħen il-Missier jirrivelalu li l-Messija awtentiku wasal.  Pietru se jagħti bidu għall-bini tal-Komunita.

“.. il-bibien tal-infern ma jegħelbuhiex.”  Il-bibien huma sinjal ta’ difiża mhux ta’ attakk. In-nies kienu jemmnu li min jidħol f’dawn il-bibien ma kienx jerġa’ joħroġ.  B’hekk il-bibien joħorġu rebbieħa fuq il-ħajja u tirrenja biss il-mewt.  Dan sakemm daħal Kristu u bil-Qawmien Tiegħu sfronda (spalanca) dawn il-bibien darba għal dejjem.

F’pittura famuża, f’riġlejn l-Irxoxt jidhru bibien u ċaċċis imfarrka.  Illum ukoll inqisu li ħadd ma jista’ għall-bibien tal-fabbriki tal-armi, tal-korruzzjoni, tal-poter, tal-ambizzjoni, eċċ.  Ġesu’ qed iwegħidna li bibien bħal dawn mhux se jifilħu jirreżistu meta l-Insara se joktru u jxerrdu l-messaġġ ta’ Kristu tal-imħabba.  

L-istess jiġri lill-bibien tal-qlub il-midinbin.  Il-qawwa tar-riħ tal-Ispirtu s-Santu se jisfronda dawn il-bibien u jeħlishom mill-forzi tal-ħażen.  L-ebda dixxiplu m’għandu jaqta’ qalbu fil-missjoni tiegħu, meta għandu wiegħda bħal din minn Ġesu’ Kristu nnifsu.

“Jien nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet.”  Min ikollu l-imfietaħ ta’ dar, ikollu s-setgħa lil min iħalli jidħol jew le.  L-imfietaħ lil Pietru ma kinux tal-Ġenna imma tas-Saltna tas-Smewwiet li tibda f’dil-ħajja u tkompli fl-oħra.  Min jaċċetta din il-proposta jkun jista’ jidħol u jifforma parti mill-Komunita’.  Ir-Rabbini kien mingħalihom li kellhom l-imfietaħ tat-Torah.  Ħadd ma seta’ jinterpreta l-liġi mingħajr il-permess tagħhom, għax kienu konvinti li huma biss kellhom l-interpretazzjoni ġusta.  Ġesu’ kien iebes magħhom meta ċanfarhom: “Gwaj għalikom, dutturi tal-liġi, għax sraqtu l-imfietaħ tal-għarfien, u la dħaltu intom u l-anqas ħallejtu lil min jidħol, għax ħbejtu min-nies ir-rieda u l-wiċċ awtentiku ta’ Alla.  B’hekk sakkartu  l-bieb tas-salvazzjoni għan-nies.”  

Issa Ġesu’ qed jgħid li Pietru se jkollu l-imfietaħ (bil-Lhudi mafteja) tas-saltna, biex jiftaħ dawn il-bibien imsakkra u jidħol permezz tal-fidi fi Kristu li għadu kif stqarr.  Kull min jemmen bħal Pietru jista’ jidħol f’dis-Saltna li, kif għidna, tibda minn issa. 

“Kull ma torbot fuq l-art..”  Ir-Rabbini kienu jiddeċiedu huma x’inhu tajjeb u ħażin skond kif kienu jifhmu l-liġi huma.  Issa Ġesu’ qed jistqarr li dan se jkun id-dover mhux biss ta’ Pietru u d-dixxipli, imma tal-membri kollha tal-komunita’ Nisranija.  L-ewwel xogħol hu li nindikaw min u x’inhu il-veru Messija, dak awtentiku, u nikxfu l-maskri ta’ xi messija falz.  It-tieni, ngħinu lill-proxxmu jiddixxerni bejn għażliet tajbin u oħrajn ħżiena, jiġifieri, x’iwassal għall-mewt u x’iwassal għall-ħajja.  Dan nagħmluh dejjem fid-dawl tal-Vanġelu.

20 June 2025

🥖 When Little Becomes More: Trusting God to Multiply What You Offer


Have you ever had a moment where you felt like you didn’t have enough to give?
Not enough time.
Not enough energy.
Not enough faith.
Not enough of… anything?

In Luke 9:11–17, the disciples find themselves in exactly that situation. Thousands of people are following Jesus, hungry for food and for hope. The day is ending, the crowd is huge, and the resources are laughably small—just five loaves and two fish.

The disciples’ solution? “Send them away.”
But Jesus?
He says, “You give them something to eat.”
And in that moment, a miracle unfolds—not just through Jesus, but through the willingness of the disciples to participate, even when they felt they had little to offer.


🙋‍♀️ “I’m Not Enough” – The Battle We All Face

Many young adults and parents secretly carry this burden:

“I’m not spiritual enough.”
“I’m not doing enough for my family.”
“I can’t help anyone—I'm struggling myself.”

This kind of thinking is known in CBT (Cognitive Behavioural Therapy) as all-or-nothing thinking. We believe if we’re not giving everything perfectly, then our efforts are worthless.
But the Gospel reminds us that God does not ask for perfection—He asks for availability.

💬 "God doesn’t need your perfection—just your participation."


👨‍👩‍👧‍👦 Families and Young Adults: Carriers of the Miracle

When Jesus fed the crowd, He didn’t do it alone.
He involved the disciples.
He asked for what they had.
And He blessed the little, then invited them to pass it out.

In our homes and our communities, God still works this way. He asks us to bring what we have—be it small—and let Him do the multiplying.

A tired mother praying with her children.
A young adult offering to help a friend in need.
A father encouraging his teen instead of criticising.
These are the loaves and fish of today.


✨ From Scarcity to Abundance – Changing the Way We Think

CBT teaches us that changing our thoughts can change our emotions and behaviour.
The disciples looked at the crowd and thought, “Not enough.”
Jesus looked at the same crowd and said, “Sit them down.”
He saw opportunity, not limitation.

💬 "Gratitude turns not enough into more than enough."

Try this shift today:

  • Instead of saying “I can’t manage,” say, “I’ll offer what I can and trust God with the rest.”

  • Instead of “I don’t have time for prayer,” say, “Lord, receive these five quiet minutes.”


🧺 Leftovers of Grace

One of the most powerful parts of this miracle is the end:

“They all ate and were satisfied. And the leftover fragments filled twelve baskets.”

God doesn’t just meet needs—He overflows with love and provision.
When we give God our little, He gives us back more than we imagined.

💬 "You may not be able to feed a hundred people, but feed just one."
– St Teresa of Calcutta

Your words, your presence, your yes—no matter how small—can become a miracle in someone else’s life.


🙏 A Gentle Challenge for the Week

  • What “five loaves and two fish” can you offer this week?

  • Who around you might be hungry—for love, support, attention, or encouragement?

  • What is one small thing you can give or do, and trust God to bless it?


💬 Final Thought

We all feel “not enough” sometimes.
But the truth is—you don’t have to be enough. God already is.

Offer what you have. Trust in the One who multiplies.
And don’t be surprised if He turns your small offering into something extraordinary.

17 June 2025

Dan huwa dak li għandha x'toffri s-soċjetà ta' għada lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli ?

 


Dan huwa dak li għandha x'toffri s-soċjetà ta' għada lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli: minflok l-imħabba u l-kumpassjoni, att ta' disperazzjoni u l-eżilju fis-solitudni għal deċiżjoni fatali.

Dan huwa l-frott ta' viżjoni mijopika tal-bniedem li tinvesti, b'mod esklussiv, it-tama kollha tal-bniedem fil-progress xjentifiku u teknoloġiku. 'L hinn minnhom ma jifdal ebda realtà relevanti li toffri tama ġenwina lill-bniedem. B'konsegwenza ta' dan, meta nmissu l-limiti tal-mediċina u t-teknoloġija, inmissu wkoll il-limiti tat-tama. Mal-konfini tax-xjenza l-bniedem ma jifdallu xejn iżjed għajr ir-rassenjazzjoni u d-disperazzjoni.
Iżda d-dinjità tal-bniedem hija ogħla għax fil-qalba tagħha għandha l-abbiltà li toffri u tilqa' kumpassjoni, jiġifieri toffri akkumpanjament u qsim fit-tbatija, frott l-imħabba u għotja ġeneruża li l-bniedem biss jista' joffri.
F'dan is-sens, bil-kontra tal-ewtanażija, soċjetà ta' kumpassjoni taħdem biex fl-aktar mumenti vulnerabbli, persuna ma ġġarrabx it-tbatija weħidha fis-solitudni iżda tiġi dejjem akkumpanjata minn soċjetà li tgħożżha, tħoss u ġġarrab magħha, tbati magħha u tqim id-dinjità tagħha sal-aħħar.
Soċjetà li tagħti verament kumpassjoni u dinjità timxi ma' dak li jbati bħala wieħed minnha minflok ma teżiljah fid-deżert biex jieħu deċiżjoni terminali.



15 June 2025

Kulħadd kiel u xaba’. Studju Bibbliku Lq 9:11b-17 - Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Kristu

 


F’dak iż-żmien, Ġesù qagħad ikellem il-folol fuq is-Saltna ta’ Alla, u fejjaq lil dawk li kienu jeħtieġu l-fejqan. Il-jum kien wasal biex jintemm. Resqu lejh it-Tnax u qalulu: “Ibgħathom in-nies ħa jmorru fl-irħula u r-rziezet tal-qrib biex isibu fejn jistrieħu u jieklu xi ħaġa, għax hawnhekk qegħdin f’post imwarrab”.

Iżda hu qalilhom: “Agħtuhom intom x’jieklu”. Qalulu: “Ma għandniex aktar minn ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, jekk għall-inqas ma mmorrux aħna stess nixtru l-ikel għal dawn in-nies kollha!”.

Għax kien hemm madwar il-ħamest elef raġel. U qal lid-dixxipli tiegħu: “Qegħduhom bilqiegħda ħamsin ħamsin”. Hekk għamlu, u qiegħdu lil kulħadd bilqiegħda.

Imbagħad ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa’ għajnejh lejn is-sema, berikhom u qasamhom, u tahom lid-dixxipli biex inewluhom lin-nies. U kulħadd kiel u xaba’ u l-bċejjeċ tal-ħobż li kien fadal ġabruhom fi tnax-il qoffa.

Il-Kelma tal-Mulej.



Is-silta tal-lum nafuha bħala “it-tkattir tal-ħobż”. Insibuha sitt darbiet fl-erba’ vanġeli. B’hekk ħafna jikkonkludu li Ġesu wettaq dan il-miraklu biex juri pubblikament li hu Alla.  Jiħtieġ nevitaw dit-tifsira żbaljata jekk irridu naslu għall-messaġġ li l-evanġelisti jridu jwasslu. Il-kliem “miraklu” u “multiplikazzjoni” (tkattir) ma nsibuhomx f’dis-silta, għalhekk hemm bżonn ninsewhom. Li nsibu hu li Ġesu ħa l-ħobż u l-ħut, berikhom, tahom lid-dixxipli biex iqassmuhom, u “kulħadd kiel u xeba’.” Jekk nieħdu s-sitt rakkonti ta’ dil-ġrajja, insibu li l-post, in-numru ta’ nies u tal-ħobżiet huma differenti.

Ħaġa oħra hi li kien filgħaxija u diffiċli għad-dixxipli biex iqassmu l-ikel fid-dlam. Mela ma nistgħux nieħdu dis-silta bħala fatt ta’ kronaka, għax kieku kien hekk, ħafna żgur  isaqsu: “Għaliex Ġesu ma jkattarx il-ħobż illum ukoll biex jitma’ l-foqra tad-dinja?” Mela aħjar nieħdu dis-silta bħala parabbola li minnha nisiltu  ħafna tagħlim. Is-sitt rakkonti ta’ dil-ġrajja huma sitt interpretazzjonijiet tejoloġiċi tal-istess ġrajja. Kull wieħed jenfasizza punt jew ieħor. Dawn jgħinu biex niċċelebraw l-Ewkaristija b’mod awtentiku.

“Ġesu qagħad ikellem lill-folla u fejjaq lill-morda.” Matul dak il-jum, ħafna emmnu fi kliem Ġesu fuq is-Saltna. Fejn hemm il-fidi jseħħu l-prodiġji: “Il-fidi tiegħek salvatek.”  X’ngħidu kieku tlett snin oħra ma jkunx hawn aktar nies bil-ġuħ? Li sar miraklu. Ġesu llum qed jgħidilna li dal-miraklu jiddependi minna: jekk inxerrdu t-tagħlim tiegħu ma’ kullimkien, jispiċċaw l-egoiżmu u l-inġustizzji, u kulħadd jaħseb fil-proxxmu u jara li ma jonqsu xejn.

“Il-jum kien wasal fit-tmiem”, għax fi żmien Luqa, dak il-ħin kienu jiċċelebraw l-Ewkaristija.

“Ibagħthom in-nies fl-irħula tal-qrib…” Dar-raġunar tad-dixxipli hu bħal ta’ xi Nsara li, wara li jkunu ssodisfaw il-preċett tal-Ħadd biex jiżguraw post il-ġenna, imorru għal rashom u jħallu l-oħrajn isolvu l-problemi tagħhom kif jistgħu. 

Għal dawn, l-ispiritwali m’għandux x’jaqsam mal-materjali. Id-dixxipli nkwetaw ukoll li riedu jsibu kenn għall-lejl (Luqa biss isemmiegħha din – kenn, jew li tkun milqugħ bla preġudizzji) u ikel għal dik il-folla. 

Hawn qed nitkellmu fuq ġuħ materjali li jinkludi nuqqas ta’ mħabba, stima, rispett, dinjita’ u dak kollu meħtieġ biex wieħed jgħix ta’ uman awtentiku. Mela d-dixxipli pproponew: “Kulħadd idabbar rasu kif jista’.” 

Dan raġunar ta’ kummerċ fejn, iktar ma nara kemm għandek bżonn xi ħaġa, aktar ngħollilek il-prezz.  Min għandu l-flus u saqajn tajbin, jasal l-ewwel,  jixtri u jrekken. U min hu marid, anzjan jew bla flus? Dan joħloq wied tad-dmugħ u mhux ġenna tal-art.

Ġesu (i) ma jaċċettax il-firda bejn spiritwali u materjali. Irid li nibdew ngħixu ta’ ulied Alla minn issa billi naqsmu bejnietna bħal aħwa il-ġid kollu li Alla jipprovdilna; (ii) ma jaċċettax il-proposta tad-dixxipli u l-liġi (?) tal-kummerċ  fejn is-sinjur isir aktar sinjur u l-fqir isir aktar fqir: 26 sinjuruni fid-dinja għandhom aktar min-nofs tal-ġid tal-foqra tad-dinja kollha. Wieħed fil-mija tal-umanita’ għandhom ġid aktar  mill-bqija tad-dinja. Dan hu effett ta’ dan ir-raġunar – kulħadd idabbar rasu kif jista’.

Allura Ġesu jwissi lid-dixxipli: “Agħtuhom intom x’jieklu! Fi kliem ieħor, jiħtieġ li intom tintroduċu fid-dinja mod ġdid kif jinqasam il-ġid materjali b’mod li jissodisfa l-bżonnijiet ta’ kulħaddd. 

Intom smajtu l-Vanġelu u lqajtuh. Mela intom tridu tibdew titimgħu lil min hu bil-ġuħ.”  

Id-dixxipli weġbuh:  

(i) “M’għandniex aktar minn ħames ħobżiet u żewġ ħutiet.” Hekk nagħmlu aħna wkoll: in-nies huma ħafna, u l-ikel ftit; mela nikkapparraw kemm nifilħu f’kompetizzjoni sfrenata, li ma jmurx l-ikel ma jservix. Hekk għamlu l-Lhud bil-manna fid-deżert; 

(ii) “Nistgħu mmorru aħna nixtrulhom, imma kemm għandna bżonn flus għal 5000 ruħ?” L-istess kif nagħmlu aħna: nippruvaw intaffu ftit il-ġuħ fid-dinja billi nagħtu ftit ewros għall-missjoni darba f’sena. Il-kelma “elemożina,” i.e.mill-eluf li għandi nagħti ftit ħabbiet, ma nsibuhiex fil-Bibbja, imma flokha nsibu kelma li tfisser “ġustizzja.” Il-verita’ hi li l-ġid kollu hu t’Alla. Li għandi hu biss misluf lili, u bih jien niħtieġ inwettaq ġustizzja  mal-oħrajn.

“Qegħduhom bil-qiegħda ħamsin ħamsin.” Luqa biss juża dil-kelma kataklinein li tfisser “inklinat, sdrajjat fl-art rilassat.” Din kienet qagħda ta’ wieħed li jkun se jiekol mhux b’mod formali madwar mejda. Id-dixxipli riedhom bil-wieqfa ħa jservu, u l-oħrajn li kienu fil-bżonn ried li jħossuhom sidien. 

Ħamsin kien in-numru fl-Eżodu li jindika komunita’ fejn kull dixxiplu jħoss id-dmir li jservi lil min hu fil-bżonn biex dawn tal-aħħar iħossuhom parti minn dil-komunita’.

X’jiġri meta l-ġid li pprepara Alla għal uliedu kollha jinqasam skont il-Vanġelu? “… u kulħadd kiel u xeba’.” Ġesu 

(i) aċċetta l-ħobż u l-ħut.  Dawn kienu dak kollu li dil-komunita’ kellha x’toffri, għax fehmet il-loġika li tagħti skont il-Vanġelu, b’fiduċja li dan iwassal għall-miraklu li jtaffi kull forma ta’ ġuħ; 

(ii) “refa’ għajnejh lejn is-sema” biex juri minn fejn ġej kull ġid, Jekk inqis ruħi sid ta’ dal-ġid, inkun qed nisraq, l-aktar jekk naħlieh bl-addoċċ;

 (iii) “berikhom”, i.e. għaraf minn fejn tiġi l-ħajja u l-ġid li hu rigal tal-imħabba t’Alla, li jixtieq il-ħajja lil uliedu kollha; 

(iv) “qasamhom u tahom lid-dixxipli biex iqassmuhom.” Il-fidi ta’ dawk li jaċċettaw il-Vanġelu u jpoġġu ġidhom kollu biex jinqasam ma’ min hu bil-ġuħ, iġġib miraklu: kulħadd kiel u xeba’. Jekk illum dal-miraklu mhux qed iseħħ, hu tort tan-nuqqas ta’ fidi u fiduċja tagħna f’Alla. 

(v)  “U ġabru 12-il qoffa loqom.” Xejn m’għandu jinħela mill-ġid li jipprovdi l-Ħallieq. Għajb li llum hawn kultura ta’ ħela: jarmu ikel (terz tal-prodotti), jaħlu enerġija, jużaw ilbiesi darba biss, rigali bl-addoċċ, speċjalment lit-tfal, eċċ.

Biex ikompli jseħħ dal-miraklu, jiħtieġ li naċċettaw il-proposta ta’ Ġesu. Biex jgħinna nagħmlu dan, sar ħobż għalina fl-Aħħar Ċena: “Ħudu u kulu, għax jien sirt l-għixien għal kull min għandu bżonn. 

Ma żammejt xejn minn ħajti imma tajtha kollha bħala ikel għalikom.” Kull meta nitqarbnu aħna qed ngħidu lil Ġesu: “Iva, jien naċċetta kliemek biex l-ebda bniedem ma jsofri l-ġuħ.” Inkella t-tqarbina tagħna ma tkun tfisser xejn.

11 June 2025

💬 When You're Not Ready… The Spirit Is

 




Have you ever felt like you’re not ready?

Not ready to make that big decision.
Not ready to forgive.
Not ready to change.
Not ready to face what's next.

If you’re nodding your head… you’re not alone. Even the Apostles, who walked with Jesus, weren't ready. And He knew it. That’s why He said in John 16:12 “You cannot bear it now.”

But here's the Good News: God doesn’t rush us. He walks with us.


🌬 The Holy Spirit Knows What We Need – And When

Jesus promised us the Holy Spirit, not as a last-minute thought, but as an essential guide. The Spirit is patient, wise, and personal. He doesn’t overwhelm. He leads gently – truth by truth, step by step.

As a family, as individuals, this is comforting. It means:

  • You don’t have to have it all figured out today.

  • You can let go of the pressure to be perfect.

  • You are allowed to grow slowly – with God.

Overwhelming thoughts often come from “all-or-nothing” thinking: “If I don’t get it right now, I’ll fail.” But Jesus teaches us the opposite: “You can’t bear it now… but later, you will.”


🏡 For Families: God Speaks in the Silence of Home

Mums, dads, children—each of us is on a journey. And sometimes family life feels too loud, too messy, too fast. But the Holy Spirit speaks even in the chaos.

  • A kind word shared during dinner.

  • A pause before reacting in anger.

  • A family prayer whispered before sleep.

These are small ways the Spirit is at work, revealing truth, guiding love.

Let’s make space at home—not just for wifi and screens—but for the Spirit. Turn off the noise for a few minutes each day, and invite Him in. He knows your heart, your limits, and your dreams.


🙋‍♂️ For Young Adults: You’re Not Behind. You’re Becoming.

The world tells us, “Hurry up! Achieve more!” But the Gospel says, “Wait… and trust.”

The Holy Spirit isn’t in a rush. He doesn't pressure you to become someone you're not ready to be. He invites you to be still, to ask questions, to grow in truth.

Whether you’re discerning your vocation, struggling in a relationship, or battling inner confusion—the Spirit is your daily companion. You don’t walk alone.


🕊 Truth Is a Journey, Not a Burden

What Jesus withheld then, He now gives through the Spirit. But He gives it in portions our hearts can carry.
Not to crush us—but to build us.

So next time you feel like you're not ready for what life is asking of you, remember:

  • The Holy Spirit knows the pace you need.

  • The truth will come in the right time.

  • You are being prepared, not left behind.


🙏 A Simple Prayer for Today

Holy Spirit,
You see where I am.
You know what I can handle.
Lead me into truth, gently and wisely.
Give me the courage to trust You—
Even when I don’t feel ready.
Amen.


👣 A Call to Action

This week, pause for a few minutes each day. Ask the Holy Spirit to guide you. Whether you’re a busy parent or a searching young adult, He is ready—even when you are not.

Let’s grow together. Invite someone you love to read this blog, and share what truth the Spirit is revealing to you.
And if you're looking for a community to walk with you—our church family is here. Come, just as you are.


10 June 2025

Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. L-Ispirtu jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. Studju Bibbliku Ġw 16:12-15 - Solennità tat-Trinità Qaddisa

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni.

Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom”.

Il-Kelma tal-Mulej.




Matul is-sekli, il-maġġoranza tan-nies emmnu f’xi ħadd li ħalaq l-univers.  Tawh ismijiet differenti. Għal xi wħud ma kienx persuna imma dik il-ħaġa assoluta (univers) li anki aħna nagħmlu parti minnha (Pantejiżmu).  Dan l-esseri la tista’ tkellmu l-anqas titolbu.  Oħrajn emmnu f’allat li ma jinteressawx ruħhom fil-bnedmin, bħal tal-Griegi, li kienu anki jgħiru għall-bniedem meta jarawh ferħan. Oħrajn kellhom alla gwerrier li jiddefendi l-poplu tiegħu minn allat ta’ popli oħra. 

Għal Islam, Alla ħallieq u qiegħed “hemm fuq” ‘il bogħod mill-bniedem.  Hu kbir u l-bniedem ħdejh hu ftit irmied, jistenna l-jum meta jieħu l-premju jew kastig.  Għall-Lhud, Alla hu qrib il-bniedem, jimxi miegħu fit-triq tal-ħajja. 

Mela, mhux biżżejjed temmen f’xi alla, imma liema wieħed: missier li moħħu fil-ġid t’uliedu, jew sid li jippretendi jkun servut mis-sudditi tiegħu?  U għalina l-Insara?   Fis-silta tal-lum insibu rikkezza spiritwali immensa.

Illum qed niċċelebraw l-aspett speċifiku tal-fidi tagħna:  Nemmen f’Alla Trinita’.  

Irridu noqogħdu attenti kif nużaw dil-kelma għax mhijiex Biblika.  Hi attentat biex niffurmaw ideja ta’ dil-verita’ Biblika skont ir-raġunar filosofiku tagħna. Il-Bibbja ma ttiniex raġunar fuq Alla imma tgħidilna x’għamel u x’qed jagħmel. Tgħidilna xi ħaġa fuq il-ħajja intima Tiegħu, fuq Missier li ħalaq kollox u li rrivela ruħu f’immaġini perfetta ta’ mħabba u mħabba biss.  Dan nagħrfuh għax rajna din l-imħabba tinkarna ruħha biex tkun qrib tagħna. 

Il-Bibbja titkellem ukoll fuq l-Ispirtu, li Hu l-ħajja ta’ dan Alla.  Dil-ħajja tinteressana ħafna għax, mill-eternita’ ried li aħna niffurmaw parti minn dil-imħabba. Id-destin tagħna hu dal-ferħ infinit: “Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesu’ Kristu li għażilna minn qabel il-ħolqien tad-dinja, biex inkunu għalih ulied adottivi”  (Ef. 1, 3-5).  Hu biss b’dan id-destin quddiem għajnejna li ħajjitna tagħmel sens.  

Ġesu’ lil Nikodemu qallu: “Jiħtieġ li wieħed jitwieled mill-għoli”.  B’dan Nikodemu fehem li l-bniedem jiħtieġlu jitwieled mill-ġdid. Ġesu’ kkoreġieh: “Mhux jerġa’ jitwieled naturalment, għax hekk jibqa’ fejn hu issa, f’ħajja bijoloġika li tintemm, bħal dik tal-annimali u l-pjanti.  Minn flok jiħtieġlu jitwieled mill-ilma u l-Ispirtu, biex b’hekk jiret ir-rigal ta’ ħajja li mhijiex ta’ did-dinja imma hija l-istess ħajja tal-Etern” (Ġw 3, 4-5).  Dan hu l-messaġġ tal-Liturġija tal-lum: aħna m’aħniex destinati għall-mewt bijoloġika, imma, għax irċevejna l-Ispirtu t’Alla, għad niġu milqugħa fil-ħajja tal-Etern, fil-ħajja ta’ mħabba tat-Trinita’.

“Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verita’, iwassalkom għall-verita’ kollha.” Din hi l-ħames darba fl-Aħħar Ċena li Ġesu’ wiegħed l-Ispirtu s-Santu.  Il-Vanġelu skont Ġwanni fih aktar kunċetti tejoloġiċi milli parabboli. 

Meta Ġesu’ jgħid: “Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom,” ma jfissirx li fi tliet snin ma qalx dak kollu li hu neċessarju għad-dixxipli, imma li, għalissa, ma jifilħux il-piż kollu li jġorr it-tagħlim tiegħu. Fi kliem ieħor, ma setgħux iniżżlu l-verita’ li kien meħtieġ li Ġesu’ jirregala ħajtu, u jiġi kkundannat qisu xi qattiel midgħi.  Ma setgħux jifhmu kif li min jagħti ħajtu, isalvaha għall-eternita’.  

Issa Ġesu’ se jħalli din l-ispjega f’idejn “l-Ispirtu tas-sewwa.  Hu jmexxikom lejn is-sewwa kollu, u ma jitkellimx minn rajh, (mhu se jgħid xejn ġdid), imma se jispjegalkom dak li għallimtkom jien.”  Imma mhux biżżejjed li d-dixxipli jifhmu sew dan kollu.  Huma wkoll iridu jimxu fuq il-passi ta’ Ġesu’ u jinvolvu ruħhom fil-proġett li Ġesu’ fassal għal dinja ġdida ta’ mħabba u maħfra

Nieħdu eżempju: tfajla tiltaqa’ ma’ ġuvni u fi ftit żmien issir taf kollox dwaru.  Jekk f’qalbha ma jinxtegħlux xrar ta’ mħabba, din mhux se torbot qalbha miegħu għall-ħajjitha kollha.  L-istess aħna.  Nistgħu nsiru nafu ħafna dwar Ġesu’, nifhmu s-sens ta’ ħajtu u, bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu, nikkonkludu li ħajja tkun suċċess jekk tkun mogħtija bħala rigal.  Dan l-għarfien kollu ma jkun jiswilna xejn jekk ma nagħmlux il-pass li jmiss: nikkommettu ruħna għal din il-missjoni.  Se jkun l-istess Spirtu li se jixprunana nagħmlu dan.

“.. u jħabbrilkom il-ġejjieni…” Dan ma jfissirx li se jbassar il-futur bħal xi saħħar, imma li se jurina x’jibqa’ mill-ħajja li jagħmel sens, li hu ta’ valur. Se jilluminana biex naħarbu dak li ma jagħmilx sens, li mhux ta’ preġju, li hu superfiċjali u li ma jiswa xejn. Ifakkarna fi kliem Ġesu’: “X’jiswielu l-bniedem li jikseb id-dinja kollha imbagħad jitlef ħajtu?  Mela, ħares ‘il quddiem, u ara x’se jibqa’ mill-eżistenza tiegħek.”

“Hu jagħtini glorja.”  Bi glorja aħna nifhmu applawsi, unuri u tifħir.  Għal Ġesu’, il-glorja tfisser ħaġa oħra. Meta jgħid li Hu gglorifika lill-Missier ifisser li wera l-wiċċ awtentiku tal-imħabba tal-Missier. 

Ħadd qatt ma seta’ jimmaġina ir-rejalta’ ta’ Alla kif ġiet ippreżentata minn Ġesu’. Wiċċ Alla ibbrilla perfettament f’wiċċ Ġesu’, bil-qofol jasal fil-passjoni ta’ mħabba li uriena fuq is-salib. Għall-bnedmin, il-kalvarju kien il-waqa’ tal-glorja t’Alla, imma ta’ dak Alla kif kienu jimmaġinawh huma. 

Kieku Ġesu’ niżel minn fuq is-salib qabel miet, kieku kien jikkonferma il-glorja ta’ dan Alla ta’ moħħhom, Alla li jikkastiga, eċċ.  Imma dan ma kienx ħlief idolu. 

Ġesu’ jigglorifika lill-Missier, - Ried jurihom li l-Missier mhux dan l-idolu li ħolqu f’moħħhom, imma Hu mħabba u mħabba biss.  Fuq is-salib, tahom prova li, jagħmlulu x’jagħmlulu, mhux se jirnexxielhom iġiegħluh jgħid ħaġa oħra ħlief “Inħobbkom.”  Din hi l-glorja li Ġesu’ ta lill-Missier.  

Ġesu’ jkompli: “Issa l-Ispirtu se jigglorifika lili, (dan l-istess Spirtu li mexxieni sal-Kalvarju), se jinżel fuq id-dixxipli u jqanqalhom biex iwettqu l-opri tiegħi ta’ mħabba.”

“L-Ispirtu se jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom.  Mela jiħtieġ tisimgħuh, għax se jissuġġerilkom x’għandkom tagħmlu. Biex tagħmlu dan, hemm bżonn issikktu f’qalbkom l-ilħna l-oħra ta’ raġunar żbaljat tad-dinja, għax dawn ġejjin mill-ġisem u l-passjonijiet u mhux mill-Ispirtu. Mela, attenti għall-Ispirtu għax se jħabbrilkom kif kliemi se tpoġġuh fil-prattika, u kif tittraduċu dawn il-kliem f’mod ta’ ħajja.”

Meta nitolbu tassew, niddjalogaw m’Alla u nindirizzawh bħala Pa, papa’ jew Daddy (hekk tfisser il-kelma “Abba”),  Kull tant nitkellmu ma’ Sidna Ġesu’ Kristu b’mod intimu, u nitolbuh xi grazzji.  Ejjew ma ninsewx lill-Ispirtu s-Santu li rċevejna, u li jinvolvina fil-ħajja tat-Trinita’.


08 June 2025

St. Philip of Agira: A Life Overflowing with the Fruits of the Holy Spirit



When we think of saints, we often imagine holy men and women whose lives radiated divine grace. St. Philip of Agira, a 5th-century missionary and wonderworker, is no exception. Known for his powerful preaching, miraculous deeds, and unwavering faith, his life beautifully exemplifies the Fruits of the Holy Spirit (Galatians 5:22-23).

St. Philip’s life and legacy embody these spiritual fruits—love, joy, peace, patience, kindness, goodness, faithfulness, gentleness, and self-control—and how we can apply his example to our own spiritual journey.


1. Love: A Heart Set on God and Others

St. Philip left his homeland Syria to bring the Gospel to Sicily, a land still steeped in paganism. His love for God drove him to preach tirelessly, and his love for souls moved him to perform miracles of healing and liberation.

"Greater love has no one than this: to lay down one’s life for one’s friends." (John 15:13)

Reflection: Do we love God enough to step out of our comfort zones for Him? Do we show Christ-like love to those around us?


2. Joy: Spreading the Good News with Zeal

Despite hardships, St. Philip’s ministry was marked by joyful evangelization. He didn’t preach out of obligation but with the enthusiasm of one who had encountered Christ.

"The joy of the Lord is your strength." (Nehemiah 8:10)

Reflection: Do we share our faith with joy, or do we let discouragement silence us?


3. Peace: Calming Storms, Both Spiritual and Physical

Legends say St. Philip cast out demons and brought peace to Agira, a town troubled by evil spirits. He also miraculously ended a drought, bringing peace to a suffering people.

"Blessed are the peacemakers, for they will be called children of God." (Matthew 5:9)

Reflection: Do we bring peace to conflicts around us, or do we add to the chaos?


4. Patience: Enduring Trials for the Kingdom

Missionary work is never easy. St. Philip faced resistance, yet he persevered with patience, trusting in God’s timing.

"Let us run with perseverance the race marked out for us." (Hebrews 12:1)

Reflection: When faced with setbacks, do we grow impatient, or do we trust God’s plan?


5. Kindness & Goodness: Serving the Needy

St. Philip was known for his compassion, healing the sick and feeding the hungry. His goodness drew people to Christ.

"Do not neglect to do good and to share what you have, for such sacrifices are pleasing to God." (Hebrews 13:16)

Reflection: Are we actively looking for ways to show kindness and goodness in our daily lives?


6. Faithfulness: A Steadfast Commitment to God

Even when his mission seemed impossible, St. Philip remained faithful to God’s call. His trust in divine providence never wavered.

"Well done, good and faithful servant!" (Matthew 25:23)

Reflection: Are we faithful in small things, trusting that God will use them for His glory?


7. Gentleness & Self-Control: A Life of Discipline

Exorcisms require spiritual strength under control. St. Philip confronted evil not with rage but with authority rooted in holiness.

"A gentle answer turns away wrath." (Proverbs 15:1)

Reflection: Do we respond to challenges with gentleness and self-control, or do we react impulsively?


Conclusion: Bearing Fruit Like St. Philip

St. Philip of Agira’s life reminds us that the Fruits of the Holy Spirit are not just abstract virtues—they are lived realities that transform us and the world around us.

Let’s ask for his intercession today:
"St. Philip of Agira, pray for us, that we may live with love, joy, peace, patience, kindness, goodness, faithfulness, gentleness, and self-control. Help us to bear lasting fruit for God’s Kingdom!"


What Fruit of the Spirit do you need most in your life right now? Share in the comments!


The Call Youth Group - Registration Form

Featured post

Calling All Youth: Join the Unite & Ignite Movement at 'The Call Ministries'

  Are you ready to embark on a journey that's all about igniting your passions, empowering your dreams, and finding your unique place in...

The Call Youth Group - Registration Form