Meta Pixel Code

24 July 2025

Il-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta’ min ikunu? Studju Bibbliku Lq 12:13-21 - Tmintax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

 


F’dak iż-żmien, xi ħadd mill-folla qal lil Ġesù: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi”. Wieġbu Ġesù: “Ħabib, min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?”. Imbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu”.

U qalilhom parabbola: “Wieħed raġel għani ġabar kotra ta’ frott mir-raba’ tiegħu. U beda jaħseb u jgħid bejnu u bejn ruħu: ‘X’se nagħmel? Għax dan il-frott kollu ma għandix fejn naħżnu! Ara x’nagħmel’, qal, “inħott l-imħażen li għandi u nibni oħrajn akbar, u naħżen fihom il-qamħ u l-ġid kollu li għandi. Imbagħad ngħid lili nnifsi: Ruħi, għandek ħażna kbira ta’ ġid għal bosta snin; mela strieħ, kul, ixrob, ixxala!’. Iżda qallu Alla: ‘Iblah li int! Dan il-lejl stess jitolbuk ruħek lura. U l-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta’ min ikunu?’. Hekk jiġrilu min jiġma’ l-ġid għalih innifsu bla ma jistagħna quddiem Alla”.

Il-Kelma tal-Mulej.




Għall-grazzja t’Alla, għadna nsibu familji magħquda, l-aktar fejn il-ġenituri għadhom ħajjin u jservu ta’ punt ta’ riferiment għall-ulied. Meta jonqsu l-ġenituri aktarx li jibda l-inkwiet, l-aktar imħabba l-wirt. Dan jiġri wkoll fost l-Insara meta jħallu l-egoiżmu jħassrilhom kull sentiment qaddis, eż lejn ħuhom li jkun fil-bżonn aktar minn ħutu. Xi wħud jispiċċaw ma jkellmux lil xulxin. Dil-ħaġa kienet tiġri anki fi żmien Ġesu, li ried ibiddel din il-mentalita’.

“Mgħallem, għid lil ħija jaqsam miegħi il-wirt.” It-Torah kienet tgħid li t-tifel il-kbir kellu dritt jiret żewġ terzi tal-ġid biex jieħu ħsieb ommu, jekk tkun għada ħajja, u ħutu bniet. Mid-dehra, it-tifel iż-żgħir tas-silta tal-lum, ma kienx kuntent b’terz, kif ħafna llum ma jaċċettawx dak li jmisshom bil-liġi, imma jippillaw għal aktar. 

Ir-raġun u s-sens komun mhux dejjem jirnexxi ma’ nies bħal dawn, Wieħed irid jasal għall-għeruq tal-problema, kif se naraw lil Ġesu jagħmel. Għall-ewwel xejn ma deher kumplementuż ma’ min talbu jidħol għalih. B’dan ried juri li ma riedx ikollu x’jaqsam fi ħwejjeġ ta’ firda, għax Hu ġie fid-dinja biex jintroduċi elementi ta’ għaqda u kriterji ta’ ġustizzja ferm differenti mir-raġunar tal-bnedmin.

“Ħabib…” Ġesu ma jsejjaħlux b’ismu, għax qed jindirizza kull wieħed minna li jimxi fuq dawn il-kriterji żbaljati ta’ ġustizzja.  Dawn iwasslu għall-geddum, ġlied u firda. ‘Diavolo’ ġejja mill-kelma diaballein li tfisser tifred. 

Ġesu llum qed jgħidilna li ġie fostna biex jeħlisna minn dil-firda li jiżra’ fina l-qarrieq, u jfejjaqna minn dil-marda. Din tibda meta ma naċċettawx li l-ġid kollu tad-dinja mhux tagħna, imma misluf lilna minn Alla. Hija ideja pagana li wieħed jagħmel tiegħu il-ġid li jakkwista u li jaqla’ bix-xogħol, u jagħżel hu x’jagħmel bih f’ħajtu u wara mewtu. Dil-ġustizzja hija gidba għan-Nisrani, għax kollox hu t’Alla, u l-bnedmin jirtu dak li Alla pprepara għal uliedu kollha, Dan jinkludi l-ġid spiritwali, l-intelliġenza, l-ħiliet u t-talenti.

Dan il-wirt jingħatalna mhux biex nikkapparraw kemm nifilħu minnu, imma biex nisservew kemm għandna bżonn aħna, u l-bqija nservuh lil min l-aktar għandu bżonn.

“Iftħu għajnejkom (oqogħdu għassa dejjem) minn kull regħba.”  Din perikuluża. Biżżejjed ngħidu li 70% tan-nies tad-dinja għandhom 3% tal-ġid. B’hekk l-andament tal-ħajja jmur żmerċ. Dir-regħba tirvina ħajjitna għax tneżżagħna mill-umanita’ tagħna. Din, li dejjem irridu nakkumulaw il-ġid, titwieled mill-biża’ tal-mewt.  

Nirbħu dil-biża’ bil-kliem ta’ Ġesu: “Min isalva ħajtu jitlifha. Min jagħti ħajtu bħala rigal lill-oħrajn, isalvaha għax jibdilha f’imħabba – dik il-virtu nobbli u Divina. L-anqas qatra waħda minn din l-imħabba ma tintilef fix-xejn.

Min iħalli l-biża’ jirkbu, jpoġġi l-ewwel l-assikurazzjoni fuq il-ħajja, il-penzjoni, id-dieta, l-aqwa tabib f’każ ta’ mard, eċċ. B’hekk mingħalih se jikkontrolla ħajtu u l-futur. 

Ġesu m’għandu xejn kontra l-ġid materjali għax dan ħalqu Alla. Li jrid jgħidilna llum hu li, biex il-bniedem jibqa’ uman awtentiku, jrid jiddistakka ruħu minn did-dinja u jżomm dejjem preżenti quddiemu l-għan aħħari tiegħu, li jmur lil hinn minn dil-ħajja materjali. “Ma ġibna xejn magħna f’did-dinja, u ma se nieħdu xejn meta nitilqu” (1 Tim. 6).  L-attakkament għall-flus hu l-għerq ta’ kull ħażen.

Ġesu jkompli b’verita’ fundamentali: ħajjet il-bniedem ma tiddependix fuq il-ġid, għandu kemm għandu. Ħasra li ħafna huma dawk, anki Nsara, li jqisu l-valur ta’ bniedem fuq kemm hu sinjur.

 “Geddist ġid, skjavi, nisa u konkubini…. Bdejt nistmerr il-ħajja” (Koħ. 2: 1, 19). Koħelet iwissi kontra l-frugħa tad-dinja. 

Ġesu jkompli fuq hekk b’parabbola: “Inħott l-imħażen, u nibni oħrajn akbar.” Il-ħsad mar tajjeb, sinjal tal-barka t’Alla. Missu kien ferħan se jtir. Minn flok beda jinkwieta u jsaqsi bħal ħafna sinjuri: “Issa x’se nagħmel?” Minn flok ferħ, il-ġid iġib ansjeta’, dwejjaq, u preokkupazzjoni. Igerger kif jagħmel il-fqir: “Issa x’se nagħmel?” Kellu żewġ għażliet: 

(i) iqassam miż-żejjed li kellu lil min kien fil-bżonn; għax, meta x-xorti tidħaqlek, ifisser li dak il-ġid żejjed hu destinat għal min m’għandu xejn; (ii) iħott l-imħażen u jibni oħrajn akbar, li ma tmurx tintiliflu xi qamħa. 

Dan għażel it-tieni, u kompla jgħid lilu nnifsu: “Ruħ tiegħi (dar-raġel juża’ l-kliem “għandi, tiegħi, lili” 14-il darba) għandek ħażna kbira.; ixxala…” Ma jidhirx li kellu l-ħsieb jagħmel xi ħaġa mhux xierqa. Kulma ried hu li jgħix fil-kwiet.  Dan hu r-riżultat ta’ bniedem maħkum mir-regħba. Żgur kellu familja, ġirien u ħbieb. Dan ma jissemmewx, għax ir-regħba tnessihomlok, u moħħok ikun biss fil-ġid. Aktarx tbiegħdek ukoll minn Alla.

“Dal-lejl stess se jerġgħu jiġuk għal ruħek.”  Forsi hawn min jgħid: “Seta’ Alla ħallieh igawdi ftit dan il-ġid!” Fil-fatt, mhux Alla bagħtlu l-mewt, imma miet hu bl-istress, tħassib u nkwiet fuq il-ġid li ma ħalliehx jorqod bil-lejl. 

Il-messaġġ għal-lum hu l-ġudizzju t’Alla: ma bagħtux l-Infern għax ma kienx raġel ħażin. Li qallu hu: “Iblah, għax ma qadtx tirrifletti biex bil-ġid tibni xi ħaġa li tibqa’. Issa se titlaq minn hawn b’idek f’idek, u ma tafx x’ser isir minn ġidek. Ma fhimtx xi jfisser li tgħix ta’ uman u x’ jagħti sens lil ħajtek.  Miġnun għax

(i) ma żammejtx quddiem għajnejk li xi darba trid tmut, ma għextx ħajtek dedikata għall-oħrajn, allura akkumulajt kemm flaħt. Ma qistx li dal-ġid jista’ jiħżien jew jiġi misruq, u rbatt qalbek miegħu: ‘Bħal dell jgħaddi l-bniedem, għalxejn joqgħod jitħabat, jaħżen il-ġid bla ma jaf min għad jiġbru’ (Salm 19). Ma kontx  għaqli għax ħallejt il-ġid inessik il-mewt; 

(ii) akkumulajt għalik innifsek. B’hekk ma stajtx tistagħna quddiem Alla, anzi qtajt lil Alla barra minn ħajtek u poġġejt floku l-idolu tar-regħba:

 ‘Fittxu għalikom infuskom boroż li ma jitmermrux, teżor li ma jiġix nieqes fis-sema, fejn la l-ħalliel u l-anqas il-kamla ma tersaq. Għax fejn hemm it-teżori tagħkom, hemm tinsab qalbkom ukoll.’ (Lq 12. 33-34).”

Mhux is-sinjuri biss jistgħu jinħakmu mir-regħba, imma anki l-fqar. Meta niġu biex nitilqu minn hawn, nistgħu nieħdu magħna, mhux il-ġid, imma l-opri tajba ta’ mħabba li nkunu għamilna.

🕊️ Teach Us to Pray: Learning to Trust God Together as a Family

 


There’s something beautiful and vulnerable in the request the disciples make to Jesus in Luke 11:1 “Lord, teach us to pray.”

It’s a simple sentence, but filled with humility and longing. These were grown men, many of them religious Jews, yet they recognised something different, something powerful in the way Jesus prayed. And so they asked.

This same request can become a daily prayer for our families:
“Lord, teach us to pray.”


🏡 Prayer Begins at Home

In today’s world, where routines are rushed and distractions are everywhere, prayer often takes the backseat. But families that pray together, truly stay together. Not in some magical way, but because prayer creates space for grace, for healing, and for unity.

Start small. Even a simple “Our Father” said before meals, in the car, or at bedtime can become a seed that grows into a life of faith.

💬 “God doesn’t expect perfection in prayer — just presence.”


✨ Our Father — A Family Prayer

Jesus gave us the perfect prayer. It’s not just a personal plea; it’s a family prayer.

We say “Our Father”, not “my Father”. He is not only your God, but the God of your children, your spouse, your in-laws, and even that family member you struggle with.

This prayer reminds us that we are:

  • a community not just individuals,

  • dependant not self-sufficient,

  • and called to forgive, just as we are forgiven.

Reminder: when we pray the “Our Father”, we are retraining our thoughts, moving from worry to trust, from control to surrender, from resentment to forgiveness.


🛎️ Ask. Seek. Knock. (vv. 9–10)

Jesus doesn’t say “If” you ask… He says:

“Ask, and it will be given to you; seek, and you will find; knock, and the door will be opened to you.”

As a family, don’t be afraid to pray for specific needs. Encourage your children to talk to God about their worries, exams, friendships, decisions, dreams.

Keep a family prayer journal; write down what you’ve asked God for. And when prayers are answered (even in unexpected ways), go back and thank Him.

💬 “God may not always give us what we want, but He always gives us what we need — especially the Holy Spirit.”


🎁 The Best Gift: The Holy Spirit (v.13)

Jesus ends with this promise:

“How much more will the heavenly Father give the Holy Spirit to those who ask him!”

The Holy Spirit is God’s very presence; His comfort, wisdom, peace, and strength. And this is the greatest gift your family can ever receive. More than money, more than solutions, more than anything this world can offer.

Invite the Holy Spirit into your family life:

  • Before decisions

  • In moments of tension

  • During celebrations

  • When there’s confusion or fear


🌱 A Final Encouragement

Prayer is not about having the right words. It’s about showing up, together, in front of a Father who listens, who cares, and who always answers in love.

So today, gather your family and pray: “Lord, teach us to pray.”
and he will.

💬 “A praying family is a hopeful family.”
💬 “Prayer doesn’t always change the situation immediately, but it always changes the heart.”


🙏 Closing Prayer

Heavenly Father,
We come to You as a family, asking You to teach us how to pray.
Help us to trust in Your goodness, to seek You daily, and to knock with courage.
Fill our home with Your Spirit, and guide us with Your wisdom.
Make our house a home of faith, love, and forgiveness.


Amen.

20 July 2025

Itolbu u jingħatalkom. Studju Bibbliku Lq 11:1-13 - 17-il Ħadd Sena Ċ

 


Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu”. U qalilhom: “Meta titolbu, għidu:

‘Missier, jitqaddes ismek, tiġi Saltnatek. Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum. U aħfrilna dnubietna, għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib’”.

Qalilhom ukoll: “Wieħed minnkom ikollu ħabib li jiġih f’nofs ta’ lejl u jgħidlu: ‘Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għax ġie għandi wieħed ħabib tiegħi mill-vjaġġ u ma għandix x’nagħtih’. U l-ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu: ‘Iddejjaqnix; issa l-bieb magħluq, u wliedi qegħdin fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik’. Ngħidilkom jien, li jekk ma jqumx jagħtih għax ħabib tiegħu, iqum u jagħtih kulma jkollu bżonn minħabba l-wiċċ sfiq tiegħu. U jiena ngħidilkom: Itolbu u jingħatalkom, fittxu u ssibu, ħabbtu u jiftħulkom. Għax min jitlob, jaqla’; min ifittex, isib; u min iħabbat, jiftħulu.

Min hu dak il-missier fostkom li, jekk ibnu jitolbu ħuta, minflok ħuta jagħtih serp? Inkella jekk jitolbu bajda jagħtih skorpjun? Mela jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar il-Missier mis-smewwiet jagħti spirtu qaddis lil dawk li jitolbuhulu!”.

Il-Kelma tal-Mulej.




In-numru ta’ Nsara li malli jqumu jroddu s-salib u jgħidu xi talba qed jonqos. Ħafna huma dawk li jaqbdu gazzetta, mowbajl jew kompjuter. Imma dawn biss huma biżżejjed biex wieħed jgħix aktar uman? Matul il-jum, ukoll, b’dil-ġenn ta’ ħajja, iħallu barra dak li f’għajnejhom hu ħela ta’ ħin, eż it-talb. In fatti, jibżgħu joqogħdu ftit fis-silenzju li ma jmorrux jindunaw kemm qed jgħixu ħajja bla sens. Kull mument waħedhom jimlewh itektku fuq l-ismartphone.

Il-bniedem tal-lum jaħseb li jista’ jsolvi l-problemi mingħajr talb. Dan aktarx għax għandu ideja żbaljata tat-talb, għax jaħsbu li nirrepetu bħal pappagall, jew fejn nitolbu grazzji u favuri biss. Hawn irridu noqogħdu attenti kif nużaw santi, domni, relikwi u labtijiet biex il-qaddisin jinterċedu għalina.  Dan għax faċli nqisuhom xi lucky charms li fihom xi maġija jew seħer. Mela, x’jiġifieri titlob sew?

“Għallimna nitolbu.”  Luqa jsemmi seba’ darbiet li Ġesu “kien qiegħed jitlob.” Id-dixxipli ndunaw li, meta xi nies m’aċċettawx lil Ġesu, jew meta kellu xi argument sħun mal-Fariżej, Ġesu kien jirtira f’post kwiet biex jiddjaloga mal-Missier. Meta jiġi lura kienu jinnutaw li Ġesu nbidel, ikkalma, fil-paċi, u deċiż  li jkompli triqtu bil-ferħ. Kienu jarawh iħobb lil kulħadd, anki dawk li ma jisimgħux minnu. 

Dan hu r-riżultat ta’ meta Ġesu jkun iddjaloga mal-Missier. Għalhekk talbuh: “Għallimna nitolbu bħalek, ħa naraw id-dinja kif taraha int, u kif Ġwanni għallem lid-dixxipli tiegħu, i.e. talb li jikkaratterizza l-ispiritwalita’ tagħna biex niffurmaw immaġini t’Alla kif taraH int, u immaġini tal-bniedem kif tixtiequ int.”  

(i) “Missierna…” Dil-forma hi ftit iqsar minn ta’ Mattew. Li rridu nżommu preżenti hu li dit-talba hi differenti minn kull talba oħra, għax hi sintesi tal-messaġġ fundamentali Nisrani, tal-fidi u tal-morali: “Jekk taqra l-Bibbja, ma ssibx suġġett li mhuwiex fil-Missierna” (S. Wistin). 

L-ewwel Insara mill-bidu nett ifformulaw dit-talba li għadha magħna sal-lum. Dan biex kull dixxiplu jikkonferma s-sejħa tiegħu meta jgħid dit-talba almenu tliet darbiet kuljum. Illum il-Missierna tista’ sservi ta’ mera li turina kif qed ngħixu l-Fidi tagħna, dment li nifhmu t-tifsira ta’ kull kelma. Hi ndirizzata lil Alla. Importanti nifhmu li Alla tagħna mhux xi dittatur sever li jikkastiga, imma Missier ta’ mħabba u ħniena infinita.

Jekk għadna bl-ideja li Alla jikkastiga l-ħżiena, inkunu qed nitolbu lil idolu. Dal-Missier,  li uriena Ġesu ta’ Nazaret, jibqa’ jħobbna anki meta noffenduh. Meta nitolbuh, nibdew insiru nixbhuh, għax aħna wliedu. 

(ii) “Jitqaddes ismek.” Ismi jagħtini l-identita’ tiegħi! Jien ningħaraf minn oħrajn permezz ta’ ismi. “Jitqaddes” ifisser maqtugħ għalih għax differenti minn  l-oħrajn profani (santwarju, maqdes). Meta nitolbu “jitqaddes ismek” jiġifieri “urina li l-identita’ Tiegħek mhiex bħal dik ta’ allat oħra, i.e. m’hemmx alla ieħor bħalek.” 

Dan ta prova tiegħu meta ħeles il-poplu Lhudi mill-jasar (Eġittu, Babilonja), u għadu jagħmel hekk illum mal-kommunita’ Nisranija. Mela jiħtieġ li n-nies jaraw f’uliedu, i.e. fina, li hemm Alla qaddis. Għandna d-dover li nħabbruh bħala mħabba u mħabba biss, u qatt bħala mħallef li jikkastiga. 

(iii) “Tiġi saltnatek.” B’din niftakru li aħna ċħadna s-saltna tal-ilpup, vjolenza w gideb u ħaddanna saltna tal-ħrief, fejn inħobbu ‘l kulħadd, anki ‘l min weġġagħna. 

(iv) “Ħobżna ta’ kuljum.” “Għada” mhiex imsemmi. Fid-deżert il-Lhud kienu mitlubin jiġbru manna għal jum wieħed. Min ġemma’ aktar, l-għada sabha mdewda. Dan biex nitgħallmu negħilbu r-rebgħa billi nkunu kuntenti bin-neċessarju u ma naħlux, u niftakru li l-ġid li għandna mhux tagħna, imma misluf lilna, u miż-żejjed li għandna aħna obbligati  ngħinu li min hu fil-bżonn illum. 

Ngħidu “ħobżna” għax, biex titħan il-qamħ fi dqieq biex minnu tagħġen il-ħobż, tiħtieġ il-ħidma tal-bniedem. Mela min jitgħażżen ma jistħoqqlux ħobż. 

(v) “Aħfrilna dnubietna..” Għadna nsibu f’xi talb: “Għax dnibna, jistħoqqilna l-kastig.” Illum din meqjusa bħala dagħwa djabolika, għax jagħmel hekk alla li ħlaqna aħna, idolu bħal tal-Fariżej. 

Alla ta’ Ġesu ta’ Nazaret  ma jagħlaqx għajnejh għad-dnub qisu ma ġara xejn. Id-dnub ma joffendix lil Alla, imma jagħmel ħsara lill-bniedem. Alla ma jżidx dil-ħsara b’kastig minn għandu.

Ħadd ma jobgħod id-dnub daqs Alla, li, fl-istess ħin, iħobb lill-midneb b’imħabba tal-ġenn. Għalhekk ma joqgħodx jistenna li nitolbu skuża imma  jaħfer, mhux billi jħassar id-dnub b’xi gomma, imma billi jfittex kull mezz biex ireġġa’ lura lill-uliedu għat-triq tas-sewwa, tal-ħajja, tal-ferħ. 

Dan jagħmlu permezz tal-Vanġelu u ta’ “anġli” li jibgħat qrib tagħna li huma msejħa biex jeħduna lura għat-triq it-tajba. Meta jaħfrilna b’dan il-mod, jagħmel festa fil-ġenna. 

(vi) “La ddaħħalniex fit-tiġrib.” Peirasmos ma tfissirx tentazzjoni imma prova. Fi żmien Ġesu il-lingwaġġ tan-nies kien li jekk il-ħsad imur tajjeb ifisser barka t’Alla, jekk le, ifisser kastig. Il-provi li jgħaddi minnhom il-bniedem mhux suppost jegħilbuh imma jgħinuh jimmatura aktar. Veru li xi prova twerwirna. Hawn nissieħbu ma’ Ġesu li fil-Ġetsemani wasal biex jitlob: “Biegħed minni dil-prova.” Dan li nitolbu meta ngħidu “Iddaħħalniex fi prova bħal din.” L-Anġlu llumina lil Ġesu li,  jekk jagħti ħajtu, se jsalva d-dinja. Aħna nistgħu nibqgħu żguri li Alla se jsib mod kif jilluminana biex noħorġu mill-prova rebbiħin.

“Itolbu u jingħatalkom.” Imma ma naqilgħux meta nitolbu biex Alla jagħmel ir-rieda tagħna. Isir miraklu meta nitolbu “sew”, jiġifieri meta nħallu ‘l Alla jdaħħalna fil-ħsieb u l-proġett tiegħu. Dan jieħu ħafna żmien. 

It-talba m’għandhiex tkun “Tini, tini, tini..” imma “għinni biex nifhem ħsibijietek, għax dawn huma ‘l bogħod minn ħsibijieti.” Min jitlob hekk fis-silenzju u kontemplazzjoni, se jisma’ lil Alla jkellmu u jwieġbu, kif wegħidna llum: “Il-Missier mis-smewwiet jagħti Spirtu qaddis lil dawk li  jitolbuhulu.”   

19 July 2025

Busy Homes, Quiet Hearts: A Family Reflection on Martha & Mary

 


There’s always something that needs doing. The laundry pile never ends, dinner needs cooking, children need lifts, and work emails creep in even during family time. Life at home often feels like a never-ending to-do list. Sound familiar?

In Luke 10:38–42, we see this exact struggle in the home of two sisters: Martha and Mary.

Martha is busy hosting, preparing, making sure everything is just right for Jesus. Mary, on the other hand, simply sits at Jesus’ feet, listening. While Martha feels overwhelmed, Mary is at peace. And here’s the twist: Jesus gently tells Martha that Mary has chosen the better part.

🙋‍♀️Martha’s Heart Lives in Every Home

Martha wasn’t wrong to want to serve Jesus. Her hospitality was beautiful and necessary. But what Jesus noticed was that her worry and distraction were stealing her peace.

How often does this happen in our families? We run around trying to make everything perfect, and in the process, we lose the joy of being present with the people we love and with God.

💬 “God isn’t asking for your perfection, He’s asking for your presence.”

🛑 Stop. Breathe. Be.

In a world that glorifies being busy, Jesus invites us to slow down. To sit. To listen. To simply be with Him and with each other.

It’s not about doing nothing. It’s about doing what matters most.

Imagine this:

  • Instead of rushing dinner, we pause to say a small prayer.

  • Instead of cleaning while kids talk, we sit with them and ask about their day.

  • Instead of planning tomorrow, we thank God for today together.

💬 “The most important moments in life are often the ones we slow down enough to notice.”

👨‍👩‍👧‍👦 Faith at Home Begins With Presence

If our homes are to be places where Jesus is welcomed, then He must be invited not just into our work, but into our hearts. He doesn’t need a perfect home. He longs for a family that makes room for Him in the middle of the mess.

💬 “Holiness isn’t found in doing more, it’s found in loving better.”

❤️ A Family Challenge: Choose the Better Part

This week, take one simple step each day to become more like Mary, without losing your Martha heart. Here are some ideas:

  • Morning Prayer Together – Before the rush, say a short prayer as a family.

  • Tech-Free Dinner – Let the table be sacred space.

  • Family Silence Night – Just 10 minutes with Scripture, music, or reflection.

  • Gratitude Jar – Each family member writes one thing they’re thankful for.

💬 “Don’t just invite Jesus into your home but make space to sit with Him.”


🕊️ Closing Prayer for Families:

Lord Jesus,
In the middle of our busyness, help us not to forget what truly matters.
Teach us to sit at Your feet together, to listen, to love, and to rest in Your peace.
May our homes reflect Your heart; welcoming, gentle, and full of grace.
Amen.

14 July 2025

Marta laqgħetu għandha. Marija għażlet l-aħjar sehem. Studju Bibbliku Lq 10:38-42 - Is-Sittax-il Ħadd ta' matul is-Sena Ċ

 


F’dak iż-żmien, Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi”. Qabeż il-Mulej u qalilha: “Marta, Marta! Inti taħseb wisq u tinkwieta fuq ħafna ħwejjeġ; imma waħda hi meħtieġa. U Marija għażlet l-aħjar sehem, li ma jitteħdilhiex”.

Il-Kelma tal-Mulej.


Betanja tinsab tliet kilometri ‘il bogħod minn Ġersualem, in-naħa ta’ Lvant tal-Ġetsemani.  Hawn kienet toqgħod familja mhux tas-soltu: tliet aħwa mhux miżżewġin. Skont Luqa u Ġwanni, din kienet xempju ta’ komunita’ li tilqa’ lil Ġesu’ u l-Vanġelu tiegħu. F’Ġerusalem, Ġesu’ kien jikkumbatti mal-Iskribi u l-Fariżej għax, b’ras iebsa, riedu jkomplu bil-prattika tar-reliġjon kif fassluha huma.  Din ħaġa li m’għoġbitx lill-Missier.  Minn flok,  riedhom jagħtu aktar importanza  lill-bżonnijiet tal-proxxmu, kif rajna l-Ħadd li għadda.

Wara jum tipiku bħal dan għal Ġesu’, kien jiħtieġ x’imkien fejn jiġi milqugħ f’ambjent familjari, fejn isib min  jaċċettah u jifhem il-missjoni tiegħu x’inhi tabilħaqq, fejn iħossu maħbub u mgħannaq minn dawk li jaqblu miegħu u japprezzawh. 

Il-Missier qed jippreżenta ‘l Ġesu’ bħala wieħed li għandu bżonn l-ospitalita’.  Jekk f’mument ta’ talb intimu fis-silenzju kellna nsaqsu lill-Missier kif jaħsibha fuq il-problemi tagħna (gwerer, vjolenza, faqar, eċċ), żgur iweġibna li Hu mhu xejn indifferenti (kif jaħsbu xi wħud) imma Hu nvolut passjonatament u infinitament f’kulma jiġri lill-bniedem.  Fis-silta tal-lum qed naraw f’Ġesu’ dak Alla li jixtieq ikun milqugħ, mismugħ u kkunslat fl-emozzjoni ta’ mħabba li għandu għall-bniedem.  

“Ġesu daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara.”  Ġwanni jsemmi lil Lazzru, imma Luqa le.  Dak iż-żmien, ma kinitx ħaġa li raġel jilqgħuh żewġ nisa f’darhom.  Dan biex Luqa jurina li, fejn jidħol il-Vanġelu, tispiċċa kull diskriminazzjoni u preġudizzju. Il-kultura pagana li tiddiskrimina bejn raġel u mara tiġi eliminata, għax din mhux f’sintonija mal-identita’ tal-bniedem.  Hawn qed naraw ‘l Alla li jixtieq ikun milqugħ fid-dar ta’ qalbna: “Ara, jien fil-bieb, u qiegħed inħabbat; jekk xi ħadd jiftaħli, jiena nidħol niekol miegħu.”  Alla tagħna mhuwiex  xi mħallef fuq it-tron li jiddeċiedi jekk jew meta se  jgħinna,  imma qed jurina f’Ġesu’ ta’ Nazaret li għandu bżonn jiġi f’qalbna biex nagħmlu festa flimkien. 

“Marija niżlet bil-qiegħda f’riġlejn Ġesu’.”  Il-Lhud ma kellhomx siġġijiet dak iż-żmien. Mela Marija poġġiet fl-art fuq xi tapit żgħir.

“F’riġlejn Ġesu’” tfisser li kienet dixxiplu. “Jien poġġejt f’riġlejn Gamaljel” (S. Pawl f’Damasku).  

Ir-Rabbini kienu jgħidu: 

(i) “Aħjar naħarqu l-Bibbja milli nagħmlu mara dixxiplu.”  

(ii) “In-nisa fis-sinagoga qis li ma jidhrux.”  

Dawn l-idejat daħlu wkoll fil-Knisja tal-bidu: “Fl-assemblea n-nisa qis li ma jitkellmux” (Kor.)  L-ewwel Insara kienu għadhom ma fehmux sew kemm Ġesu’ xtaq ikun milqugħ u mismugħ minn kulħadd.

“Marija qagħdet tisma’ x’qed jgħid Ġesu’.”  M’hemm xejn li jindika li kienet eżempju tal-ħajja kontemplattiva, kif jaħsbu xi wħud.  Marta kien moħħha fix-xogħol tad-dar.  Hi l-immaġini ta’ min hu nvolut biex jaqdi l-bżonnijiet neċessarji tal-ħajja ta’ kuljum.  

Il-problema ta’ Marta hi din: kieku kellek tistaqsiha, “Dax-xogħol kollu fejn se jwasslek, u x’sens fih?”  X’kienet twieġeb?  Bħal xi wħud li, għax kisbu suċċess fl-impieg jew fin-negozju, jaħdmu sa tard bil-lejl bil-week-ends b’kollox.  

Jistgħu jkunu qed jagħmlu xogħol siewi u mportanti, imma dan mhuwiex kollox. “Il-ħafna affarijiet u xewqat joħonqu lill-bniedem” (Ittra ta’ Ġakbu).  Waħda omm darba qalet: “Ibni jagħmel ħafna xogħol volontarju, imma tgħidlux jaqra xi silta mill-Bibbja.”  Dan l-iben qed jagħmel xogħol siewi, imma fejn hu d-dawl li jindika d-destin ta’ ħajtu?  Jaf fejn sejjer?

Ix-xogħol mid-dehra ma tantx kien jagħti lil Marta ferħ u kalma.  Dan narawh meta naqraw x’għamlet issa.  B’nifisha maqtgħuh, resqet bis-saħna isserdak fuq ras Ġesu’ u ħaditha kontrieh, mhux kontra oħtha.  

Min jagħmel bħal Marta, eż xi workaholic, ma jistax ikollu ferħ u kalma.  Dan għandu bżonn jieqaf u jirrifletti li l-ħidma kollha tiegħu trid tkun parti minn proġett li jagħti sens lil ħajtu, tajjeb kemm hu tajjeb dak li jagħmel. Dan jgħodd ukoll għall-membri tal-familja: jekk ma jikkordinawx il-ħidma tagħhom u jinkorporawha f’għan aħħari wieħed, jitilfu s-sens ta’ valuri u jispiċċaw jilletikaw kuljum.

“Marta, Marta….” Meta fil-Bibbja nsibu isem repetut (Samwel. Mose, Abram, Sawl) ifisser li hemm vokazzjoni.  Marta msejħa biex tidħol fil-kwalita’ ta’ ħajja li qed jipproponi Ġesu’: 

“Int qed tieħu rasek, jew bi kliem ieħor, ma tafx fejn se taqbad tagħti rasek b’tant xogħol fid-dar, u int aġitata għax ma tafx dan fejn se jwasslek.  

Ħaġa waħda hi meħtieġa.”  Dan hu l-messaġġ għalina llum:  qabel ma ninpenjaw ruħna f’diversi objettivi, irridu naraw x’inhi dil-“ħaġa meħtieġa,” x’inhu l-orjentament tagħna, l-għan aħħari tagħna.  Wara li nagħmlu hekk, allura kollox imbagħad jibda jagħmel sens: xogħol, familja, ħbieb, btajjel.  M’humiex dawn l-impenji li jbegħduna minn Alla imma l-aljenazzjoni, bħal meta tant nitgħabbew, li ma nsibux mument ta’ mistrieħ fejn inkunu nistgħu nirriflettu fuq l-aktar “ħaġa meħtieġa”, l-essenzjal, dak li ma jispiċċa qatt, l-etern.

“Marija għażlet is-sehem it-tajjeb.”  “Is-sehem” hawn ma jfissirx “biċċa” imma n-naħa t-tajba sħiħa.  Is-silta tieqaf hawn: ma nafux x’għamlet Marta.  Marija ma lissnet l-ebda kelma.  Fis-silenzju riedet l-ewwel tifhem, u tirċievi sew id-dawl li jixgħel triqitha. 

Aktarx li kif Ġesu’ waqaf jitkellem, marret tgħin lil Marta għax issa, iva, kull ħidma li se tagħmel, se tagħti sens lil ħajjitha u Marija se sservi bil-ferħ u l-kalma.  

Ġwanni (Kap 12) jgħidilna meta Marija  dilket riġlejn Ġesu’ bi fwieħa taqsam, b’ġenerożita kbira –ġest li jfisser servizz lill-fqar, imħabba lil min għandu bżonn – Marija fehmet li ħajjitha tagħmel sens meta tagħti kollox b’imħabba.  Ġesu’ ma kkundannax lil Marta, imma ried jgħallimha li dax-xogħol kollu jkun konfużjoni jekk qabel ma toqgħodx tisma’ l-kelma tiegħu.

09 July 2025

💛 "Mercy Begins at Home: Becoming a Good Samaritan in Your Family"

 


“Teacher, what must I do to inherit eternal life?”
That’s the question a lawyer asked Jesus. And Jesus, in typical style, responds not with a straight answer, but with a story.

A man is robbed, beaten, and left for dead. The religious people pass him by. But the unlikely hero, a Samaritan, stops. He not only stops but he cares. He gives. He loves.
Jesus ends the parable with a challenge:
“Go and do the same.” (Luke 10:37)

🏠 But What If the Wounded One Is in Your Own Home?

We often think of the Good Samaritan as someone helping a stranger… but what if the person lying wounded is your spouse? Your teenager? Your parent?
What if the one who has been hurt, ignored, or misunderstood lives under your roof?

Many families today are rushed, stressed, and emotionally distant. We walk past each other just like the priest and the Levite. We’re present, but we’re not really there. We avoid conflict. We ignore pain. We say, “I’m too busy,” or, “It’s not my problem.”
But the Gospel pushes us gently and firmly:

“Don’t walk past the wounded. Stop. Love. Be moved.”

✨ Mercy Is Not a Feeling—It’s a Decision.

The Good Samaritan didn’t feel like helping. He was probably tired. Busy. In danger himself.
But he chose to stop. He chose to help.

Family love is often inconvenient.
It means helping when you’re tired. Listening when you’d rather scroll. Forgiving when it’s undeserved.

💬 “Mercy is not soft, it’s powerful. It heals what silence never can.”

💬 “You don’t need to have all the answers, just be willing to show up with love.”

👨‍👩‍👧‍👦 Families Are Called to Be Healing Places

A Catholic home isn’t just a roof and walls. It’s a school of love. A hospital for the broken. A training ground for saints.

Let’s be honest, sometimes it’s easier to be kind to strangers than to our own family members. But Christ’s call is clear:

“Love your neighbour as yourself.”
And that neighbour? That includes the one who takes your last bit of patience at home.

💬 “Charity begins at home, but it doesn’t end there.”
💬 “Family is where love is tested,and transformed into holiness.”

Rewriting the Script

If you're struggling with frustration or feeling disconnected from family, try this simple prayer reflection:

  • Notice your thoughts:
    “They never listen to me.” “Why should I bother?”

  • Challenge the script:
    “Maybe they’re hurting too.” “What would Jesus do?”

  • Act with intention:
    Send the message. Offer the hug. Say the prayer. Be the Samaritan.

💬 “Jesus doesn’t need your perfection, just your participation.”

🌿 A Family That Walks the Road Together

We’re all travellers on the road. Some of us limping, some of us bleeding inside, some of us too busy to notice.
But today, we can choose to stop.
We can choose to become a healing presence in our homes.

Let your family become a place where no one passes by the wounded… because we stop. We care. We love.


✝️ Final Thought

💬 “You may not be able to fix everything in your family, but you can start the healing with mercy.”
💬 “Be the one who chooses love, even when it’s hard. That’s how families become holy.”


07 July 2025

Il-proxxmu tiegħi min hu? Studju Bibbliku Lq 10:25-37 - Il-Ħmistax-il Ħadd ta' matul is-Sena Ċ

 


F’dak iż-żmien, iqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrab lil Ġesù, staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?”. Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?”. U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”.

Qallu Ġesù: “Sewwa weġibt; agħmel hekk u tgħix”. Iżda dak, biex juri li kellu raġun, qal lil Ġesù: “U l-proxxmu tiegħi min hu?”. U Ġesù raġa’ qabad jgħidlu: “Wieħed raġel kien nieżel Ġeriko minn Ġerusalemm, u waqa’ f’idejn il-ħallelin; dawn neżżgħuh, biċċruh bis-swat u telqu, u ħallewh nofsu mejjet. Inzerta kien nieżel qassis minn dik it-triq u rah, għadda minn mal-ġenb u baqa’ sejjer. Hekk ukoll wieħed levita, meta wasal hemm u rah, għadda minn mal-ġenb u baqa’ sejjer. Imma kien għaddej minn hemm wieħed Samaritan, wasal ħdejh, rah u tħassru. Resaq lejh, dewwielu l-ġrieħi biż-żejt u l-inbid u rabathomlu, u mbagħad tellgħu fuq il-bhima tiegħu, wasslu f’lukanda u ħa ħsiebu. L-għada ħareġ biċċtejn flus, tahom lil tal-lukanda u qallu: “Ħu ħsiebu; jekk tonfoq xi ħaġa iżjed, irroddhielek jien meta nerġa’ ngħaddi”. Minn dawn it-tlieta, int min jidhirlek li ġieb ruħu ta’ proxxmu ma’ dak li waqa’ f’idejn il-ħallelin?”. “Min ħenn għalih”, wieġbu dak. Qallu Ġesù: “Mur, u agħmel hekk int ukoll”.

Il-Kelma tal-Mulej.




Fil-bidu tas-silta tal-lum insibu għaref li ried iġarrab lil Ġesu’, i.e. iġiegħlu jaħsibha bħalu fuq il-liġi, u bħalma kienu jgħallmu l-Iskribi.  Dan għax kien sema’ lil Ġesu’ jinterpreta l-liġi b’mod differenti minnhom.

“X’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?”  Domanda profonda u fina li turi li kien jaf li dil-ħajja bijoloġika se tispiċċa, għalhekk xtaq ħajja li tibqa’. Turi wkoll kemm kien bniedem spiritwali.  

Min jaf kieku kont jien minn floku, x’kont nitolbu lil Ġesu’?  Saħħa, suċċess fil-karriera, ħajja ħielsa minn kull mard?  Kemm minna kienu jitolbu xi ħaġa spiritwali?  

Ġesu’ wieġbu: “Int Biblista.  X’hemm miktub u kif tinterpretaha l-liġi?” Ġesu’ jwieġeb b’domanda biex dan l-għaref isib il-verita’ fih innifsu u ma jkunx hemm għalfejn tiġi minn barra. Hekk tkun aktar effikaċi. 

Id-duttur tal-liġi wieġeb: 

“Jien jiħtieġli nħobb ‘l Alla tiegħi b’qalbi kollha ….” (Dewt.)

  1.  “B’moħħi kollu” jindika l-għaqda fil-ħsieb, sentimenti u proġetti ta’ min iħobb ma’ min hu maħbub, kif suppost ikun hemm bejn koppja għarajjes.  Fi kliem ieħor, wieħed hemm bżonn jgħix f’sintonija u għaqda perfetta m’Alla. 
  2. “U lil għajrek bħalek innifsek” (Levitiku).  B’din it-tweġiba skopra li l-qalba tat-Torah hi l-imħabba.  Jekk iħobb, jgħix.

“Min hu l-proxxmu (viċin) tiegħi?”  Ħafna Lhud kienu jirrispettaw lil xulxin  imma mhux barranin.  

Imma dan l-għaref kien jaf li għandu jilqa’ l-barrani, kemm dak li jkun qed jivvjaġġa u kemm min ikun ġie biex joqgħod:  “La tistmellx il-barrani.  Ftakar li int kont barrani wkoll” (Esodu 22).  “Il-Mulej jipproteġi ‘l barrani” (Salm 146).  

Ġesu’ kien jaf Ġeriko sew, imdawra bl-għoljiet, u sinjura bil-bejgħ tal-balzmu prezzjuż.  Il-ħallelin kienu jinżlu mill-moħba tagħhom fl-għoljiet u jaħbtu għall-vjaġġaturi.  Għalhekk dawn kienu jterrqu fi gruppi kbar (karwani).  F’Ġeriko kont issib ukoll djar tal-villeġġjatura tas-sinjuri ta’ Ġerusalem, e.g. qassisin u Leviti.  Ġerusalem kienet il-belt tat-talb fil-waqt li Ġeriko kienet il-belt tad-dnub.

“Wieħed raġel kien nieżel Ġeriko.”  Ma nafu xejn fuqu, x’mar jagħmel Ġerusalem, kienx raġel tajjeb, Lhudi jew le.  Ma kienx miexi ma’ karwana għax forsi  kien ħalliel? Hu min hu, għamel x’għamel, kien bniedem li waqa’ f’nofs il-ħallelin u ħallewh nofsu mejjet.  

Dan hu simbolu tal-bniedem li jiltaqa’ ma’ min ikun irid jisraqlu d-dinjita’ tiegħu ta’ uman, billi jġiegħlu jkun vjolenti, egoist, giddieb, eċċ.  

(i) “Għadda qassis….” Kien hemm 24 klassi ta’ qassisin.  Kull wieħed kien iservi ġimgħa fit-Tempju u wara jmur lura lejn daru.  “Rah…. u baqa’ sejjer.”  Mela fil-qadi tiegħu fit-tempju m’assimilax is-sentimenti u l-ħsibijiet t’Alla, avolja osserva r-riti sal-anqas dettal.  Il-profeti kkundannaw din l-osservanza li ma twassalx lil dawn “il-puri” jieħdu ħsieb ir-romol, l-orfni u l-fqar:  “Irrid opri ta’ ħniena mhux sagrifiċċji” (Ħosegħa).  

(ii) “Levita wkoll……baqa’ sejjer.”  Il-leviti kienu sagristani tat-Tempju, u kienu jagħmlu bħall-qassisin.  Qalb il-folla li kienet qed tisma’ ‘l Ġesu’, żgur kien hemm xi wħud li ma tantx kienu jaħmlu lill-qassisin u l-leviti.  Stennew li issa Ġesu’ jintroduċi Lhudi lajk “tajjeb” li jgħin lil dak l-imsejken.  

(iii) Minn flok, Ġesu’ jsemmi Samaritan (il-kelma “tajjeb” ma nsibuhiex fis-silta).  Għal Lhudi, s-Samaritani kienu mpuri, għax ċappsu r-reliġjon tagħhom b’ħafna paganiżmu.  Kienu jaċċettaw biss l-ewwel ħames kotba tal-Bibbja, u ma kinux imorru t-Tempju.  

Għalkemm dan is-Samaritan ma kienx josserva r-riti tar-reliġjon bir-reqqa, xorta waħda qed narawh jirrifletti s-sentimenti, l-azzjonijiet u x-xewqat t’Alla.  Kull bniedem għandu fih dan id-don mogħti mill-Ispirtu u, dment li ma joħonqux, jagħmel atti sbieħ ta’ mħabba, kif għamel das-Samaritan li 

(i) “wasal ħdejh.” Ma beżgħax li jitniġġeż mill-ġrieħi tiegħu kif beża’ l-qassis; 

(ii) “rah…” In-Nisrani m’għandux  jistenna min jumilja ruħu biex jitlob l-għajnuna.  Għandu jkun hu li jintebaħ bi proxxmu fil-bżonn.  L-anqas m’għandu jgħid “ma nistax ngħin lil kulħadd” għax jispiċċa ma jgħin lil ħadd u jibqa’ għama għall-bżonnijiet tal-ieħor.  Jiħtieġ li jħares fejn iħares Alla;  

(iii) “tħassru.” Dal-verb jesmrimi (12-il darba fil-Vanġeli) l-emozzjoni li tqanqal lil Ġesu’ jew lill-Missier iħobbu b’passjoni qawwija lill-bniedem fil-bżonn. Tixbaħ l-imħabba vixxerali (mhux mentali) li tħoss omm f’ġufha għall-uliedha.  Kellu jkun Samaritan li jħoss dan is-sentiment;

(iv) “resaq lejh” mhux bħat-tnejn l-oħra; 

(v) “dewwielu l-ġrieħi biż-żejt u l-inbid”

(vi) “rabathomlu”

(vii) “għabbieh fuq il-bhima”

(viii) “wasslu sal-lukanda”.  Il-kelma użata m’hijiex xenodoheion (lukanda fejn jilqgħu ‘l-barranin) imma pandoheion (fejn jilqgħu lil kulħadd). 

Ġesu’ qed jgħid li Hu s-Samaritan li, meta ra s-soċjeta’ ferita u mwarrba mill-qassisin, indaħal Hu biex jgħin,  idewwi u jieħu dil-kotra f’post fejn kulħadd hu milqugħ.  L-għada se jkellem lil Sid il-lukanda, Dak li jilqa’ ‘l kulħadd u ma jkeċċi lil ħadd, sabiex jieħu ħsieb dis-soċjeta’ mweġġa’;

(ix) “Ħareġ żewġ dinieri”, ħlas ta’ jumejn f’lukanda. 

“Fit-tielet jum inħallas jien.  Ġa tajt ħajti għalihom, imma jekk ikun għad fadal xi dejn, naħseb jien.”  Dawn l-għaxar verbi huma l-Kmandamenti l-ġodda għan-Nisrani li, jekk jobdihom, ikun f’sintonija mal-qalb t’Alla.

“Min kien l-aktar viċin tiegħu?”  “Min wera ħniena miegħu” u ħaddem l-għaxar verbi li semmejna.  “Min jagħmel l-istess miegħek, se jkun proxxmu. u int agħmel l-istess.”

Jekk il-qassisin u n-nies tal-Knisja jinjoraw it-tbatija tiegħek, kun af li Ġesu’ hu s-Samaritan it-tajjeb li dejjem se jkollu ħniena minnek, u, meta tmut, se jwasslek fil-lukanda ta’ dejjem.”  (Mnaqqxa fuq ġebla fit-triq bejn Ġerusalem u Ġeriko).

05 July 2025

Peace Be to This House – Living the Family Mission

 


🕊️ Introduction: Every Family is Sent

In today's Gospel (Luke 10:1–9), Jesus sends out seventy-two disciples two by two, not alone, not in isolation, but together. This passage isn’t just about missionaries in sandals walking dusty roads, it’s also about us, in our homes, our schools, our workplaces. It’s about families being sent to bring peace, healing, and hope.

📣 “God doesn’t need perfect families—just willing ones.”

You may think, "We’re not ready. We argue, we’re busy, we have our own problems." But Jesus still sends us. And He sends us just as we are. Like the disciples, we go with trust, not with a perfect plan.


🏠 1. “Peace Be to This House” – Start at Home

Jesus tells them, “Whatever house you enter, first say, ‘Peace to this house!’”
Peace begins at home. But let’s be honest, sometimes our homes are anything but peaceful. Between work stress, homework, bills, and misunderstandings, it can feel like we’re just surviving.

Here’s the good news: Peace isn’t the absence of noise. It’s the presence of Jesus.
And when Jesus is present, even chaos can become calm.

In moments of family tension, pause and ask, “Is what I’m thinking helping or hurting our peace?” You can choose your response, not just react.

📣 “Let your home be a chapel, not a courtroom.”


👣 2. “Take Nothing with You” – Let Go of Baggage

Jesus says: “Carry no money bag, no sack, no sandals…” In other words: travel light. He isn’t just talking about possessions. He’s talking about burdens.
Families often carry emotional baggage: past mistakes, old arguments, disappointments.

Letting go doesn’t mean forgetting; it means choosing freedom over frustration.

Holding onto resentment is like drinking poison and expecting the other person to suffer. Reframe the thought: “I choose to forgive because peace is more important than being right.”

📣 “You can’t walk in God’s mission if you’re weighed down by yesterday’s wounds.”


🤝 3. “Stay There… Eat What is Set Before You” – Be Present and Grateful

Jesus tells them not to hop from house to house, but to stay. In our fast-paced world, families struggle with presence. We may be in the same room, but our minds are miles apart: on screens, to-do lists, or worries.

Being present with one another is one of the greatest acts of love.

📣 “Presence is more powerful than presents.”

Try this: Each day, say one encouraging thing to each family member. Watch how that changes the emotional atmosphere.


🌱 4. “Heal the Sick There” – Love Heals

You might say, “But we’re not healers.” But every family has the power to heal, through love, forgiveness, encouragement.
Healing happens in the ordinary moments: A hug after a bad day. A kind word. A prayer before sleep.

📣 “When a family chooses love over pride, miracles begin.”

Jesus didn’t say you need to have all the answers. Just be there. Pray. Listen. Love. That’s healing.


🙌 Conclusion: Families on a Mission

Jesus ends with these powerful words: “Say to them, ‘The Kingdom of God has come near to you.’”
Every time your family chooses kindness over anger, prayer over panic, service over selfishness, you are bringing the Kingdom of God into your home, your school, your community.

📣 “Your family may not be perfect, but it’s powerful because it belongs to God.”


🙏 Invitation to Families

I invite you to do two simple things:

  1. Bless your home – Maybe say together: “Peace be to this house, and to all who dwell within it.”

  2. Choose one small act of love – A note, a hug, a prayer. Something simple. Something real.

The Call Youth Group - Registration Form

Featured post

Calling All Youth: Join the Unite & Ignite Movement at 'The Call Ministries'

  Are you ready to embark on a journey that's all about igniting your passions, empowering your dreams, and finding your unique place in...

The Call Youth Group - Registration Form