Min minna jiftakar il-Magħmudija tiegħu?
Żgur li ħafna minna ma jiftakruhiex. U r-raġuni hija sempliċi: il-maġġoranza tagħna konna għadna trabi. Dakinhar kienu jerfgħuna, kienu jgħożżuna, kienu jħobbuna etċ.
Forsi għandna xi ritratt li jfakkarna f’dik il-ġrajja. Ritratt li jimmarka pass importanti li l-ġenituri tagħna għamlu għalina.
Illum hawn min jaqbel li t-trabi għandhom jitgħammdu, u hawn min ma jaqbilx. Iżda għalija dan il-fatt għandu tifsira kbira ħafna.
Għax il-Magħmudija m'hijiex xi ħaġa li jiena għamilt għal Alla, iżda l-magħmudija hija xi ħaġa li Alla għamel għalija.
Rigal li Ma Qlajtx bil-Mertu Tiegħi
Id-deċiżjoni li nitgħammed ma ħadthiex jiena.
Id-deċiżjoni li nitgħammed ma ħadthiex jiena.
Ma tgħammidtx għax kont ħaqqni.
Ma tgħammidtx għax kont ġa wrejt li kont persuna tajba.
Il-Magħmudija kienet rigal. Rigal li ngħata lili permezz tal-familja li Alla tani.
U din hija verità importanti ħafna li għandha tkun fil-bażi tal-ħsieb tagħna, għaz illum qed ngħixu f’soċjetà li kontinwament tgħidilna li rridu nippruvaw lilna nfusna. Trid iġġib ir-riżultati. Trid tilħaq. Trid tkun ta’ suċċess. Trid tkun dejjem aħjar mill-oħrajn.
U x’jiġri meta ma jirnexxilekx?
Tista’ tibda taħseb li ma tiswa xejn. Tista’ tħossok fallut.
Tista’ temmen li l-valur tiegħek jiddependi minn fuq kemm tipproduċi, kemm taqla’ flus, jew minn kemm jagħtuk likes fuq il-midja soċjali.
Infakkrek li mhux kull ħsieb li jgħaddi minn moħħna huwa veru.

Il-Magħmudija tgħallimni verità differenti.
Qabel Jiena ma kont naf nimxi, nitkellem jew niekol waħdi, jiena kont diġà speċjali.
Qabel ma kont kapaċi nagħmel xi ħaġa għal Alla, Alla kien diġà għażel lili.
Din il-verità llum tiswa aktar minn qatt qabel.
Għidha miegħi: Alla lili għażilni qabel ma jiena wrejt lid-dinja jien min jien. U meta ngħidu “min jien”, irridu ninkludu wkoll id-difetti tagħna.
Alla ma ħabbniex biss meta konna tajbin. Alla jgħażilna għax jaf sewwa min aħna.

Il-Magħmudija Hija Grazzja
Il-Magħmudija ma daħlitx f’ħajjitna b’kumbinazzjoni. Daħlet bil-grazzja ta’ Alla. Il-Magħmudija hija rigal.
Illum issib ħafna ġenituri li f’qalbhom iħossu li m'humiex jagħmlu biżżejjed għall-familja tagħhom. Forsi jħossuhom li qed ifallu.
Forsi hawn min iħoss li m'huwiex ġenitur tajjeb biżżejjed.
Forsi jqabblu lilhom infushom ma’ familji oħra.
Jista’ jkun ukoll li jaraw ir-ritratti perfetti ta’ ħaddieħor fuq il-midja soċjali u jgħidu: “Għaliex il-familja tiegħi mhijiex hekk?” jew “Għaliex uliedi mhux sejrin tajjeb daqs ulied ħaddieħor?”, “Għaliex jiena dejjem inħossni għajjien?”
Imma dak li jidher minn barra mhux dejjem jirrakkonta l-verità kollha.
U jekk jiena ngħix dejjem bil-ħsieb li mhux qed nagħmel biżżejjed, se nispiċċa ngħix ħajja anzjuża.
Imma dak li jidher minn barra mhux dejjem jirrakkonta l-verità kollha.
U jekk jiena ngħix dejjem bil-ħsieb li mhux qed nagħmel biżżejjed, se nispiċċa ngħix ħajja anzjuża.
Dejjem irrid nagħmel aktar.
Dejjem irrid nilħaq aktar.
Qatt ma jkun biżżejjed.
U allura qatt ma nkun sodisfatt.
Iżda fil-mument li nagħraf li jiena maħbub u magħżul minn Alla sa minn ġuf ommi, nibda ngħix bit-tama.
Dejjem irrid nilħaq aktar.
Qatt ma jkun biżżejjed.
U allura qatt ma nkun sodisfatt.
Iżda fil-mument li nagħraf li jiena maħbub u magħżul minn Alla sa minn ġuf ommi, nibda ngħix bit-tama.
Mhux għax kollox isir faċli.
Mhux għax jiena sirt perfett.
Imma għax naf li m’iniex waħdi.
Il-Magħmudija Hija Missjoni
Għalija, il-Magħmudija hija wkoll missjoni. U din il-missjoni tibda fid-dar.
Mhux għax jiena sirt perfett.
Imma għax naf li m’iniex waħdi.
Il-Magħmudija Hija Missjoni
Għalija, il-Magħmudija hija wkoll missjoni. U din il-missjoni tibda fid-dar.
Forsi hawn min jistaqsi: “Għaliex mhux qassis jew patri qed jitkellem dwar dan?”
Għax kull wieħed u waħda minna għandu sejħa partikulari.
Mhux il-qassisin u r-reliġjużi biss għandhom missjoni.
Kull persuna mgħammda għandha missjoni.
L-ewwel sejħa tiegħi llum hija li, flimkien ma’ marti, nieħu ħsieb il-familja li Alla fdalna.
Għandna żewġ ulied, ġuvni u xebba. U flimkien, ħafna drabi b’ħafna skossi, nippruvaw ngħixu l-Magħmudija tagħna.
Nippruvaw napplikaw l-Evanġelju fil-ħajja ta’ kuljum. Kultant jirnexxilna, u kultant le.

Kultant niżbaljaw bil-kbir, umbagħad nerġgħu nippruvaw.
Hawn min hu bħalna?
Hawn min hu bħalna?
Hemm espressjoni li tgħid li l-passat m'huwiex garanzija tal-futur u dan huwa minnu. Iżda meta nħares lura lejn ħajti, nagħraf kemm il-Magħmudija kienet grazzja kbira għalija. Fiha hemm qawwa li ħafna drabi nissottovalutaw.
Meta l-Fidi Kienet Biss Drawwa
Nemmen li bħala persuna ingħatajt trobbija pjuttost normali għall-ġenerazzjoni tiegħi. Kont abbati, kont immur il-Mużew, kont nieħu gost nattendi għax kienu jorganizzawlna attivitajiet differenti, u kont nieħu gost fil-kumpanija ta’ sħabi.
Kont attiv ukoll fil-każin tal-banda u kont indoqq il-kurunetta.
Iżda dak iż-żmien, għalija, Ġesù ma kienx ifisser ħafna aktar minn statwa jew pittura dwar ġrajja li seħħet ħafna snin ilu.
Aktar ma bdejt nikber, il-fidi bdiet tidher bħala xi ħaġa obbligatorja li l-ġenituri tiegħi kienu daħħluni fiha, u meta bdejt nitfarfar u nsir aktar indipendenti, bdejt naqta’ u nnaqqas.
Ridt nagħmel għażliet differenti.
Ridt noħroġ aktar ma’ sħabi, u naturalment, ridna noħorġu mat-tfajliet ukoll.
Konna ngħixu biex nidħlu f’bar nixorbu, u mbagħad nidħlu f’ieħor biex inbattlu dak li nkunu xrobna. Filgħodu kont inqum imfarrak biex immur għax-xogħol. Dak li kont naqla’ kont nonfqu kollu.
Bil-mod il-mod, ħajti spiċċat rutina bla skop.
U fil-fond ta’ qalbi kont naf li din ma kinitx il-ħajja li xtaqt ngħix.
Kont naf li kien jonqos xi ħaġa.
Xaqq ta’ Dawl
Kelli madwar tnejn u għoxrin sena. Dak iż-żmien kelli ħabib li kien drummer, u stedinni għal live-in fil-kappella tal-Barracks ta’ Ħal Luqa.
Niftakar li s-Sibt filgħodu kellna taħdita. Il-persuna li kienet qed tmexxiha semmiet il-kliem ta’ Marija: “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skont kelmtek.” Kienet qed titkellem dwar l-“iva” ta’ Marija.
Iva li bidlet il-ħajja tagħha.
Iva li bidlet l-istorja tal-umanità.
Iva li għadha tmiss ukoll il-ħajja tagħna.
Dak il-kliem niżel bħall-għasel f’qalbi.
Kien mument fejn f'qalbi nibtet tama ġdida.
Kien xaqq ta’ dawl f’qalb li kienet għatxana għal xi ħaġa differenti.
Għal xi ħaġa vera.
Għal xi ħaġa li timla l-vojt li l-ħajja ta’ qabel ma kinitx kapaċi timla.
Fija twieldet ix-xewqa li nagħti ċans lil Alla jkun parti minn ħajti b’mod differenti.
Ma ninsa qatt dik il-lejla, konna miġburin bilqiegħda mal-art quddiem is-Sagrament. Min kien qed idoqq il-kitarra, min kien qed ikanta, u f’dak il-mument ħadt deċiżjoni.
Lil Ġesù għedtlu dawn il-kelmiet: “Ħa jsir minni skont kelmtek.”
F’dak il-mument infexxejt nibki.
Ma kinitx bikja ta’ disperazzjoni. Kienet bikja ta’ mistrieħ. Ħassejt qalbi tinħeles minn ħafna toqol.
Ħassejt li l-Mulej ma kienx qed jagħtini biss paġna ġdida, iżda kien qed jagħtini ktieb ġdid.
Minn dak il-mument ma ħaristx lura.
Bdejt nieħu aktar interess fil-Kelma ta’ Alla. U ftit ftit bdejt niskopri aktar min jien.
Qatt ma sirt perfett.Għadni niżbalja. Għadni nsib fija dgħufijiet.
Imma llum kapaċi nagħrafhom, naħdem fuqhom u bil-mod intejjeb il-ħajja tiegħi.
Il-fidi ma neħħietlix id-dgħufijiet kollha, imma tgħatni direzzjoni u tama.
Tgħatni familja, u tagħatni missjoni.
Il-Magħmudija Tibda fid-Dar
Illum nemmen li l-Magħmudija u l-mixja tal-fidi huma realtà ta’ kuljum.
Ngħid ll-Magħmudija tibda fid-dar, għax l-ewwel Knisja hija l-familja.
Il-fidi mhijiex kemm taf tipprietka.
M'hijiex kemm taf titkellem sabiħ.
M'hijiex kemm taf tikkwota mill-Bibbja.
Il-fidi tidher fl-affarijiet iż-żgħar ta’ kuljum.
Tidher meta nitolbu flimkien.
Tidher meta naħfru lil xulxin.
Tidher meta nammettu li żbaljajna.
Tidher meta nitkellmu b’rispett.
Tidher meta nagħżlu l-verità u ma nilbsux maskri.
Tidher meta nerġgħu nippruvaw wara li nkunu fallejna.
Tidher meta nagħżlu li nibqgħu kalmi minflok nirreaġixxu b’mod impulsiv jew aggressiv.
Tidher meta nisimgħu lil xulxin.
Tidher meta nikkomunikaw bi mħabba u rieda tajba.
Għalija, din hija l-Magħmudija.
Intom il-Melħ tal-Art
Ġesù jgħidilna: “Intom il-melħ tal-art.”
Ġesù mhux qed jgħidilna: “Tista’ tkun melħ.”
Lanqas qed jgħidilna: “Ipprova xi darba ssir melħ.”
Qed jgħid b’mod ċar: “Intom il-melħ tal-art.”
Il-melħ jagħti t-togħma, u l-Magħmudija tagħti skop lil ħajjitna.
Meta ma jkunx hemm skop, anki l-isbaħ affarijiet jistgħu jitilfu t-togħma tagħhom.
Jista' jkollok minn kollox. Nistgħu jkollna xogħol jew nistgħu jkollna dar.
Nistgħu jkollna flus jew nistgħu jkollna ħafna nies madwarna, imma xorta nħossuna vojta.
Il-Magħmudija tfakkarna li ħajjitna għandha skop.
Aħna msejħin biex inħobbu.
Aħna msejħin biex naqdu.
Aħna msejħin biex inġibu t-tama.
Aħna msejħin biex inressqu lil oħrajn lejn Alla.
Il-Melħ Jippreserva
Il-melħ jippreserva l-ikel milli jitħassar.

U lkoll nafu kemm il-ħajja llum saret diffiċli. Stress, ħajja mgħaġġla' ansjetà, pressjoni finanzjarja, tensjoni fir-relazzjonijiet etċ.
Il-fidi u l-Magħmudija jgħinuna nippreservaw dak kollu li huwa tajjeb fil-ħajja tagħna. Ir-rispett, il-valur tal-ħajja, l-impenn, il-paċenzja, it-tolleranza, l-imħabba, il-familja etċ.
Il-fidi u l-Magħmudija jgħinuna nippreservaw dak kollu li huwa tajjeb fil-ħajja tagħna. Ir-rispett, il-valur tal-ħajja, l-impenn, il-paċenzja, it-tolleranza, l-imħabba, il-familja etċ.
Dawn mhumiex valuri antiki li spiċċa żmienhom. Dawn huma l-pedament ta’ soċjetà b’saħħitha. U huma l-pedament ta’ familja li, għalkemm mhijiex perfetta, tibqa’ tipprova timxi flimkien.
Il-Melħ Inaddaf u Jfejjaq
Il-melħ jista’ jnaddaf u jfejjaq il-feriti.
U għidli inti: liema familja ma jkollhiex xi argument jew nuqqas ta’ qbil?
F’kull familja jkun hemm tensjonijiet.
Il-Melħ Inaddaf u Jfejjaq
Il-melħ jista’ jnaddaf u jfejjaq il-feriti.
U għidli inti: liema familja ma jkollhiex xi argument jew nuqqas ta’ qbil?
F’kull familja jkun hemm tensjonijiet.
Jingħad kliem li jweġġa’.
Jittieħdu deċiżjonijiet ħżiena.
Jiġu ffurmati feriti.
Il-Magħmudija u l-fidi ma jfissrux li qatt mhu se jkollna problemi, imma jgħinuna niffaċċjawhom b’responsabbiltà u b’imħabba.
Veru, hija diffiċli titlob skuża. Xi kultant l-apoloġija tweġġgħek fil-kburija tiegħek.
Jista' jgħaddilek minn moħħok jw tgħid: “

Għaliex għandi nitlob skuża jiena?”
“Hu beda.”
“Jekk nitlob skuża, nidher dgħajjef.”
Imma mhux kull ħsieb huwa veru. Li titlob maħfra mhuwiex sinjal ta’ dgħufija. Huwa sinjal ta’ maturità. Huwa sinjal ta’ mħabba.
U ħafna drabi huwa l-bidu tal-fejqan.
Ġesù ma jfejjaqx il-familji tagħna b’xi maġija. Il-fejqan jibda meta nħalluh ibiddel il-mentalità tagħna.

Meta nħalluh jikkoreġi l-ħsibijiet tagħna.
Meta niftħu qalbna għall-Kelma tiegħu.
Meta nagħżlu li nieħdu pass lejn xulxin.
Melħ li Jibqa’ fil-Kaxxa
Il-melħ, jekk ma jintużax, ma jkun jiswa għal xejn. U l-istess il-fidi tagħna.
Jekk aħna Nsara tal-kliem biss u mhux tal-fatti, x’jiswa?
Jekk jiena Nisrani biss għax għandi ċertifikat tal-Magħmudija, x’differenza jgħamel dan ġewwa fija?
Ikun bħal biljett rebbieħ tal-lotterija li xi ħadd iżommu ġo gwarniċ u qatt ma jsarrfu.
X’jiswa?
Ma jiswa xejn!
Il-fidi tagħna trid tidher fil-mumenti tal-prova.
Il-fidi tagħna trid tidher fil-ħajja ta’ kuljum.
Il-fidi tagħna trid tidher fid-dar.
Tajjeb li nistaqsi:
Kif naġixxi meta nkun taħt pressjoni?
Kif nitkellem ma’ dawk ta’ madwari?
Kif nirreaġixxi meta xi ħadd ma jaqbilx miegħi?
X’nagħmel meta niżbalja?
Nitfa’ t-tort fuq ħaddieħor, jew nammetti?
Nagħlaq qalbi, jew nipprova nikkomunika?
Nibqa’ nżomm il-weġgħa, jew infittex l-għajnuna biex nibda naħfer?
Il-Fidi Tiegħek Tista’ Tressaq lil Xi Ħadd lejn Alla
L-ewwel Knisja hija d-dar, imma ma tieqafx hemm.
Ġesù jħares lejna u jara wlied, ġenituri, koppji, nanniet, żgħażagħ u persuni li forsi jinsabu waħedhom.
U lil kull wieħed minna jgħidlu:“Inti l-melħ tal-art.”

Il-fidi tiegħek tagħti t-togħma.
Il-valuri tiegħek jippreservaw dak li hu tajjeb.
Il-maħfra tiegħek tista’ tfejjaq.
Ix-xhieda tiegħek tista’ tressaq lil xi ħadd eqreb lejn Alla.
Forsi hemm xi ħadd fil-familja tiegħek li tbiegħed mill-Knisja.
Forsi xi ħadd li jħoss li postu m'għadux hemm.
Forsi xi ħadd li ġie mweġġa’.
Ma tridx tibda billi tippriedkalu, imma ibda billi tisimgħu.
Ibda billi tħobbu.
Ibda billi turih li fil-Knisja u fil-komunità hemm post għalih.
Għax il-Knisja m'hijiex klabb għall-perfetti, imma hija familja għal dawk li jridu jimxu ma’ Ġesù.
Ftakar fil-Magħmudija Tiegħek
Meta tħossok ’il bogħod fil-fidi, ftakar fil-Magħmudija tiegħek.
Ftakar li inti maħbub.
Ftakar li inti magħżul.
Ftakar li Alla jinsab miegħek.
U meta tħossok midneb jew midinba, ftakar fil-kliem ta’ San Pawl: “Fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot il-grazzja.” (Rumani 5:20)
Il-Magħmudija m'hijiex sempliċement memorja tal-passat.
Hija rigal ħaj.
Hija grazzja li għadha taħdem fina.
Hija sejħa li għandna ngħixu kuljum.
Hija missjoni li tibda fil-familja u tinfirex fil-komunità.
Għidha lilek innifsek illum:
Il-Magħmudija tiegħi m'hijiex memorja tal-passat. Hija rigal ħaj mingħand Alla li jsebbaħ ħajti.
U issa nistaqsik:
X’qed tagħmel illum b’dan ir-rigal?

F’liema aspett ta’ ħajtek qed jistiednek Ġesù tibda mill-ġdid?
Min fil-familja tiegħek għandu bżonn jara fik ftit aktar paċenzja, maħfra jew tama?
Talba
Mulej Ġesù, illum nitolbuk iġġedded fina l-grazzja tal-Magħmudija u l-fidi tagħna.
Fejjaq dawk l-aspetti tal-ħajja tagħna fejn għadna mweġġgħin.
Għinna nagħrfu li aħna maħbubin u magħżulin minnek, mhux minħabba dak li nagħmlu, imma minħabba l-imħabba tiegħek għalina.
Għinna ngħixu l-Magħmudija tagħna fid-dar, fil-familja, fuq ix-xogħol u fil-komunità.
Agħtina l-kuraġġ nitolbu maħfra, nerġgħu nippruvaw u nkunu melħ li jagħti t-togħma u jġib il-fejqan.
U għinna nkunu Knisja li tilqa’, takkumpanja u tressaq lil kull familja aktar qrib tiegħek.
Ammen.
.jpg)
No comments:
Post a Comment