Kemm-il darba għedna lil xi ħadd, “Inħobbok”?
Forsi lill-mara jew lir-raġel tagħna, lil uliedna, lill-ġenituri, jew lil xi ħabib. Kliem sabiħ li kulħadd jieħu gost jisimgħu.
Imma ejjew nistaqsu mistoqsija importanti:
Dawk li ngħidulhom li nħobbuhom, verament iħossuhom maħbubin minna?
Għax hemm differenza bejn li tgħid lil xi ħadd li tħobbu u li turih din l-imħabba fil-ħajja ta' kuljum.
Tista' tgħid lil uliedek li tħobbhom, imma mbagħad ma ssibx ħin tismagħhom. Tista' tgħid li tħobb lill-ġenituri tiegħek, imma meta jċemplulek tħossok qed itellfulek il-ħin. Tista' tgħid li tħobb lil żewġek jew lil martek, imma tkun tant imħabbat bix-xogħol u bit-taħbit tal-ġurnata li bilkemm tinduna minn xiex għaddejja l-persuna li qed tgħix miegħek.
Mhux għax m'hemmx imħabba... Imma xi drabi l-imħabba tkun hemm, imma nitilfu l-mod kif nuruha.
U forsi l-istess jista' jiġrilna fir-relazzjoni tagħna ma' Alla.

Ġesù Jmur Dritt Għall-Punt
Fil-Vanġelu, wieħed mill-għorrief tal-Liġi jistaqsi lil Ġesù liema hu l-kmandament il-kbir.
Kien żmien meta kien hemm ħafna diskussjonijiet dwar il-kmandamenti u l-importanza tagħhom. Imma Ġesù, minflok jidħol f'dibattitu twil dwar liema regola għandha tiġi qabel oħra, iwassalhom dritt għall-qalba tal-ħajja Nisranija.
Ħobb lil Alla. Ħobb lill-proxxmu.
Żewġ kmandamenti li ma jistgħux jinfirdu minn xulxin.
Ġesù ma jgħidilniex li t-talb, il-quddiesa jew il-kmandamenti mhumiex importanti. Għall-kuntrarju, jurina l-ispirtu li għandu jagħti ħajja lil dak kollu li nagħmlu.
Għax nistgħu nagħmlu ħafna affarijiet tajbin, imma jekk nitilfu l-imħabba, inkunu tlifna xi ħaġa essenzjali.
Nistgħu nkunu preżenti fil-knisja kull nhar ta' Ħadd, imma kif inkunu qed nittrattaw lill-familja tagħna matul il-ġimgħa?
Nistgħu nitkellmu dwar Alla fuq il-midja soċjali, imma kif nirreaġixxu meta xi ħadd ma jaqbilx magħna?
Nistgħu nagħmlu volontarjat u ngħinu fil-komunità, imma kif nittrattaw lil min ma jistax jagħtina xejn lura?
Dawn mhumiex mistoqsijiet biex inħossuna ħatja, imma biex jgħinuna nikbru.
Għax Ġesù ma jsejħilniex biex nidhru perfetti. Isejħilna biex kuljum insiru aktar kapaċi nħobbu.
L-Imħabba Tibda minn Fejn Aħna
Immaġina familja miġbura madwar il-mejda għall-ikel.
Il-ġenituri għajjenin wara ġurnata xogħol. Wieħed mill-ulied għandu xi ħaġa importanti x'jirrakkonta, imma kulħadd jinsab fuq il-mobile jew moħħu fil-problemi tiegħu.
It-tifel jipprova jitkellem darba, darbtejn, u fl-aħħar jieqaf.
Ħadd ma għajjat miegħu. Ħadd ma qallu li mhux importanti.
Imma xorta waħda seta' ħassu mhux mismugħ.
Issa immaġina ftit li kieku wieħed mill-ġenituri jwarrab il-mobile, iħares lejh u jgħidlu, “Għidli, x'ġara llum? Qed nisimgħek.”
Forsi dik il-konverżazzjoni ma ddumx aktar minn ħames minuti.
Imma għal dak it-tifel tista' tfisser ħafna... Hekk taħdem l-imħabba!
Mhux dejjem teħtieġ ġesti kbar jew affarijiet straordinarji. Kultant teħtieġ biss li nieqfu, nisimgħu u nuru lill-persuna li hemm quddiemna li għandha valur.
U dan jgħodd għal kulħadd.
Għaż-żagħżugħ li għandu bżonn min jifhmu.
Għall-ġenitur li qed jipprova jlaħħaq ma' kollox.
Għall-koppja li, qalb ir-responsabbiltajiet, tilfet ftit mill-ħin li kienet tqatta' flimkien.
Għall-anzjan li qed jistenna telefonata.
U għal dik il-persuna li tidher dejjem titbissem, imma ġewwa fiha qed iġġorr piż li ħadd ma jaf bih.
L-imħabba tagħna tista' tkun ir-raġuni għaliex xi ħadd illum jerġa' jħoss li mhuwiex waħdu.
Mhux Faċli Tħobb lil Kulħadd
Issa ejjew inkunu realistiċi... Faċli tħobb lil min jirrispettak, jifhmek u jaqbel miegħek... Imma x'jiġri meta xi ħadd iweġġgħek?
Meta xi ħadd jikkritikak bla ma jaf l-istorja tiegħek?

Meta membru tal-familja ma japprezzax dak li tagħmel?
Meta ħabib jiddiżappuntak jew meta xi ħadd fuq ix-xogħol jittrattak b'nuqqas ta' rispett?
Hawnhekk l-imħabba ssir aktar minn sentiment... Issir għażla.
Mhux għażla li naċċettaw kull imġiba jew li nħallu lil ħaddieħor iweġġagħna ripetutament. L-imħabba vera għandha bżonn ukoll ir-rispett, il-verità u limiti b'saħħithom.
Imma għandna għażla dwar kif se nirrispondu.
Nista' nwieġeb b'aktar rabja, jew nipprova nitkellem bil-kalma.
Nista' nxerred kliem li jweġġa', jew nagħżel li ma nkomplix inkabbar il-problema.
Nista' nżomm il-weġgħa f'qalbi għal żmien twil, jew nibda nimxi lejn il-fejqan, anki jekk dan jieħu ż-żmien.
Forsi mhux dejjem nistgħu nibdlu l-imġiba tal-oħrajn.
Imma bl-għajnuna ta' Alla, nistgħu nibdew nibdlu l-mod kif aħna nirrispondu.
U dik tista' tkun l-ewwel rebħa tal-imħabba.
Ħobb lil Għajrek Bħalek Innifsek
Din hija sentenza ta' Ġesù li kultant ma nagħtuhiex biżżejjed attenzjoni.
Ġesù qed ifakkarna li aħna wkoll għandna valur. U allura għandna nħobbu ukoll lilna nfusna.
Kemm hawn nies li huma lesti jagħmlu minn kollox għall-oħrajn, imma magħhom infushom ikunu bla ħniena?
Li tagħmel żball ma jfissirx li inti żball.
Li tgħaddi minn perjodu diffiċli fil-ħajja ma jfissirx li inti persuna dgħajfa.
Li xi ħadd ma jagħrafx il-valur tiegħek ma jfissirx li dak il-valur m'huwiex hemm.
Il-valur tiegħek ma jiddependix mill-approvazzjoni tan-nies, imma mill-fatt li inti maħluq u maħbub minn Alla.
Li tħobb lilek innifsek ma jfissirx li tkun egoist. Ifisser li tagħraf id-dinjità tiegħek, tieħu ħsieb saħħtek, titlob l-għajnuna meta jkollok bżonnha u ma tħallix il-ġudizzju tal-oħrajn jiddefinixxik.
Meta nibdew naraw lilna nfusna bl-imħabba u bil-ħniena, inkunu wkoll f'pożizzjoni aħjar biex nuru dik l-istess imħabba lill-oħrajn.
Knisja li Tħobb Hi Knisja li Tilqa'
Dan il-Vanġelu għandu messaġġ qawwi wkoll għalina bħala komunità Nisranija.
Kultant inkunu tant iffukati fuq elf ħaġa different bħall-organizzazzjoni, attivitajiet, mezzi soċjali... li ninsew nistaqsu l-aktar mistoqsija importanti:
In-nies li jiġu fostna, iħossuhom tassew milqugħin u maħbubin?
Huwa tassew faċli li nilqgħu lil dawk li diġà nafuhom, li jaħsbuha bħalna u li magħhom inħossuna komdi.
Imma Ġesù jistedinna mmorru pass aktar 'il quddiem... Li naraw lil min jinsab waħdu... Li nindunaw b'min qed jitħalla barra.
Li nagħmlu spazju għal min għandu bżonn iż-żmien biex iħossu komdu.
U fuq kollox, li ma nħallux id-differenzi ta' bejnietna jsiru ħitan li jifirduna.
Għax komunità mibnija fuq l-imħabba mhijiex waħda fejn kulħadd hu l-istess imma hija komunità fejn kull persuna tista' tħossha parti minn familja, minkejja d-differenzi tagħha.
Forsi ma nistgħux insolvu l-problemi kollha ta' min jiġi fostna. Imma nistgħu nagħtuh xi ħaġa li kulħadd għandu bżonn: post fejn iħossu rispettat, mismugħ u milqugħ.
U xi drabi, dik tkun il-bidu ta' bidla sabiħa fil-ħajja tiegħu.
Ibda b'Att Wieħed ta' Mħabba
Forsi waqt li qed taqra din ir-riflessjoni, qed tgħid bejnek u bejn ruħek:
“Imma jien ukoll għandi ħafna problemi. Kif nista' nagħti aktar meta diġà nħossni għajjien?”
Ġesù jaf il-limitazzjonijiet tagħna.
Ma jitlobniex nagħmlu kollox f'daqqa. Imma jistedinna nibdew minn dak li nistgħu nagħmlu llum.
Forsi tista' tgħid kelma ta' kuraġġ lil kollega li għaffej minn żmien diffiċli.
Forsi tista' tersaq lejn persuna li dejjem taraha waħedha u tibda konverżazzjoni magħha.

U forsi, illum, l-att ta' mħabba li għandek bżonn tagħmel huwa li tieqaf tkun daqshekk iebes miegħek innifsek.
M'għandekx għalfejn tibdel id-dinja kollha f'ġurnata waħda.
Ibda billi tagħmel id-dinja ta' persuna waħda ftit aħjar.
Għax azzjoni żgħira ta' mħabba, meta ssir b'qalb sinċiera, jista' jkollha effett li lanqas biss nimmaġinaw.
Mistoqsijiet Li Jgħinuna Nikbru
Qabel nagħlqu din ir-riflessjoni, ejjew ma nieqfux biss fuq dak li qrajna. Ejjew inħallu l-kliem ta' Ġesù jmiss il-ħajja tagħna.
Staqsi lilek innifsek:
Min hi dik il-persuna f'ħajti li llum nista' ngħinha tħossha aktar maħbuba?
Meta xi ħadd iweġġagħni, x'rejazzjoni aktar għaqlija u mimlija mħabba nista' nagħżel?
X'pass żgħir u konkret nista' nagħmel din il-ġimgħa biex il-fidi tiegħi tidher bill-fatti ?

Dawn il-mistoqsijiet mhumiex eżami biex naraw kemm fallejna.
Huma stedina biex niskopru kemm għad nistgħu nikbru.
L-Imħabba Tista' Tibda Minnek
Fl-aħħar mill-aħħar, Ġesù ma weġibx biss mistoqsija dwar liema hu l-akbar kmandament... Huwa uriena kif għandna ngħixu.
Li nħobbu lil Alla b'qalbna kollha jfisser li nagħtuh post f'ħajjitna, fid-deċiżjonijiet tagħna, fil-prijoritajiet u fir-relazzjonijiet tagħna.
U li nħobbu lill-proxxmu jfisser li din l-imħabba ma tibqax biss kliem sabiħ jew sentiment li nħossu waqt it-talb, imma trid issir ħajja; fid-dar, fuq ix-xogħol, fl-iskola, fil-komunità u saħansitra fil-mod kif nittrattaw lil dawk li ma naqblux magħhom.
Aħna lkoll għandna fejn nikbru. Jien, inti, kulħadd.
Dan hu s-sabiħ tal-messaġġ ta' Ġesù: kull ġurnata ġġib magħha opportunità ġdida biex inħobbu aħjar.
Jekk forsi lbieraħ tlift il-paċenzja. Illum tista' terġa' tipprova.
Jekk forsi weġġajt lil xi ħadd. Illum tista' tibda tirranġa.
Jekk forsi ilek ma tagħti attenzjoni lil xi ħadd. Illum tista' tersaq lejh.
Ma tistax tbiddel dak kollu li ġara lbieraħ, imma bl-għajnuna t'Alla tista' tagħżel x'imħabba se tagħti llum.
U jekk irridu li d-dinja tkun post b'aktar ħniena, rispett u mħabba, forsi għandna nibdew billi nistaqsu:

X'nista' nagħmel jien, illum, biex xi ħadd jara ftit mill-imħabba ta' Alla fija?”
Għax l-imħabba ma tibdilx biss il-ħajja ta' min jirċeviha... Imma tibdel ukoll il-qalb ta' min jagħtiha.
U ftakar:

M'għandekx għalfejn tkun persuna perfetta biex tkun raġuni ta' tama fil-ħajja ta' xi ħadd. Trid biss tkun lest li tħobb.
Talba tal-Għeluq
Mulej Ġesù, għallimni nħobbok mhux biss bil-kliem, imma bil-ħajja tiegħi.
Agħtini qalb li taf tisma', għajnejn li jagħrfu lil min għandu bżonn l-għajnuna, u kuraġġ biex nagħmel il-ġid anki meta ma jkunx faċli.
Għinni nkun aktar paċenzjuż fil-familja tiegħi, aktar ġentili ma' dawk li niltaqa' magħhom, u aktar miftuħ għal dawk li huma differenti minni.
Meta niżbalja, agħtini l-umiltà biex nibda mill-ġdid.
Meta nħossni dgħajjef, fakkarni li jiena wkoll maħbub minnek. U fuq kollox, Mulej, agħmel minni strument tal-imħabba tiegħek.
Ħalli kull min jiltaqa' miegħi jsib kelma ta' kuraġġ, ġest ta' ħniena jew raġuni ġdida biex jittama.
Ammen

No comments:
Post a Comment