Meta Pixel Code

17 June 2025

Dan huwa dak li għandha x'toffri s-soċjetà ta' għada lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli ?

 


Dan huwa dak li għandha x'toffri s-soċjetà ta' għada lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli: minflok l-imħabba u l-kumpassjoni, att ta' disperazzjoni u l-eżilju fis-solitudni għal deċiżjoni fatali.

Dan huwa l-frott ta' viżjoni mijopika tal-bniedem li tinvesti, b'mod esklussiv, it-tama kollha tal-bniedem fil-progress xjentifiku u teknoloġiku. 'L hinn minnhom ma jifdal ebda realtà relevanti li toffri tama ġenwina lill-bniedem. B'konsegwenza ta' dan, meta nmissu l-limiti tal-mediċina u t-teknoloġija, inmissu wkoll il-limiti tat-tama. Mal-konfini tax-xjenza l-bniedem ma jifdallu xejn iżjed għajr ir-rassenjazzjoni u d-disperazzjoni.
Iżda d-dinjità tal-bniedem hija ogħla għax fil-qalba tagħha għandha l-abbiltà li toffri u tilqa' kumpassjoni, jiġifieri toffri akkumpanjament u qsim fit-tbatija, frott l-imħabba u għotja ġeneruża li l-bniedem biss jista' joffri.
F'dan is-sens, bil-kontra tal-ewtanażija, soċjetà ta' kumpassjoni taħdem biex fl-aktar mumenti vulnerabbli, persuna ma ġġarrabx it-tbatija weħidha fis-solitudni iżda tiġi dejjem akkumpanjata minn soċjetà li tgħożżha, tħoss u ġġarrab magħha, tbati magħha u tqim id-dinjità tagħha sal-aħħar.
Soċjetà li tagħti verament kumpassjoni u dinjità timxi ma' dak li jbati bħala wieħed minnha minflok ma teżiljah fid-deżert biex jieħu deċiżjoni terminali.



The Call Youth Group - Registration Form

Featured post

Calling All Youth: Join the Unite & Ignite Movement at 'The Call Ministries'

  Are you ready to embark on a journey that's all about igniting your passions, empowering your dreams, and finding your unique place in...

The Call Youth Group - Registration Form