Meta Pixel Code

27 April 2026

Tħallux qalbkom titħawwad! - Riflessjonijiet minn Roderick Agius Ġw 14:1-12


Ġesu qed jgħidilna kelma li llum tant għandna bżonn nisimgħu: Tħallux qalbkom titħawwad! 

U jekk irridu nkunu onesti, ħafna minn għandna bżonn ta' din il-kelma, minħabba dak li ngħaddu minnu fil-ħajja ta' kuljum bħal: stress u ħajja mgħaġġla, disgwit li jista jkollna, inkwiet u tħassib dwar il futur, diffikultajiet fir-relazzjonijiet . . . f'kelma waħda, dawk ir-rejaltajiet li jitilfulna il-paċi ta' qalbna.

Ġesu' ma jieqafx biss fuq il-frażi tinkwetawx, iżda jkompli u jurina t-triq 'il quddiem u jgħid: Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. U hawn fejn jinbidel kollox. Għax ħafna drabi, l-ħsiebijiet tagħna jmorru fin-negattiv:

  • “Min jaf jekk jirnexxilix nasal? ”
  • “Min jaf jekk infallix?”
  • “Min jaf jekk l-affarijiet jinbidlux?”
U ftit ftit, nintebħu li tibda' tmexxina l-biża'!

Ġesu illum qed jistedinna biex flimkien miegħu nirbħu dawn il-ħsibijiet, għax mhux kull ħsieb li jkollna huwa verita', u lanqas kull tip ta' biża' m'hi ġustifikata!

Ġesu jkompli billi jgħid: Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet . . . Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu.

Hawnhekk fi kliem ieħor qed jgħidilna li għalina hemm post. Kull persuna tiswa'. Anke dik il-persuna li hija kwieta u forsi tinsab waħedha. Anke min qed iħossu maqbud fit-taħbit, jew dawk li ma jħossuhomx mifhuma.

Sew fil-Knisja, jew fil-komunita' u fil-qalb t'Alla hemm spazju għal kulħadd.

Tumas jgħamel mistoqsija partikulari: Kif nistgħu nafu t-triq?”

U bħalu aħna ukoll ngħamlu mistoqsijiet simili:

  • "Kif ser insolvi din is-sitwazzjoni?"
  • "X'deċiżjoni ser nieħu?"
  • "Fejn sejjer b'ħajjti ?"
Ġesu' jirrispondi għal dawn il-mistoqsijiet bil-verita' u jgħid: “Jiena hu t-triq, il-verità u l-ħajja.

Ma jagħtiniex pjan, iżda jagħtina lilu nnifsu. Għax li tkun fil-paċi, ma tfissirx li jkollok kollox perfett, iżda li f'kull ċirkustanza u rejalta' li tkun fiha, Ġesu' jkun hemm preżenti.

Filippu jistaqsi: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina”, għax ried jara lil Alla, u Ġesu jirrispondi: "Min ra lili ra lill-Missier."

Nistaqsi - Kif aħna nistgħu naraw lil Ġesu' jew lil Alla fil-ħajja ta' kuljum ? U din hija l-isfida li dan il-qari qed ipoġġilna quddiemna.

Għax Ġesu' jew Alla jidher fina bil-mod ta' kif nitrattaw lil xulxin eż:

  • Meta nkunu paċenzjużi, minflok taqbżilna.
  • Meta naħfru, minflok inżommu ġewwa qalbna.
  • Meta nisimgħu, minflok niġġudikaw.


Ġesu fl-aħħar jgħid xiħaġa mportanti: "min jemmen fija hu wkoll għad jagħmel l-opri li qiegħed nagħmel jien, u akbar minnhom għad jagħmel”.

Din tfisser, li kull wieħed u waħda minna għandu missjoni. Mhux biss biex ngħaddu u nirbħu t'taħbit tal-ġurnata, iżda li nġibu d-dawl fil-ħajja tal-oħrajn permezz tal-imħabba meta nservu lil xulxin. Dawn huma l-ħwejjeġ kbar. Dan hu l-mod kif jaħdem Alla fina.


Talba

Mulej Ġesu', ejja f'ħajjti u ġib il-paċi tiegħek.

Kompli għallimni nafda lilek, aktar mill-biża' li nesperjenza fil-ħajja tiegħi.

Għinni ngħarfek fil-proxxmu tiegħi u li nħobb bħalma ħabbejtni int.

Għamilni strument tal-paċi tiegħek, sabiex kull fejn inkun inwassal it-tama u l-imħabba tiegħek. 

Amen.



📣Jekk qed tfittex post fejn tista titgħallem u tikber, il-Grupp The Call Ministries jiltaqa ġewwa Ċentru Vok. San Duminku r-Rabat.


🔵Adulti il-Ġimgħa - 7:30pm,
🟢Żgħażagħ is-Sibt - 7:30pm,

📞Aktar Informazzjoni : 7772 2777

The Call Youth Group - Registration Form

Featured post

Calling All Youth: Join the Unite & Ignite Movement at 'The Call Ministries'

  Are you ready to embark on a journey that's all about igniting your passions, empowering your dreams, and finding your unique place in...

The Call Youth Group - Registration Form