Fl-Evanġelju tal-llum naraw lil Ġesu' jiġbor lid-dixxipli tiegħu għall-aħħar darba qabel jitla fis-sema. Hu qiegħed hemm iħares lejhom, u qed jara persuni ordinarji, persuni li kienu mbeżża', forsi ukoll konfużi; persuni mimlijin difetti li saħansitra jiddubitaw. U Hu jagħtihom missjoni straordinarja.
Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha . . .
Ġesu' ma qagħadx jistenna li dawn ikunu perfetti! Iżda Ġesu' għażel persuni ta' rieda tajjba.
U dan il-fatt għalina jiswa' ħafna, għax aħna ukoll naqgħu taħt din il-kategorija ta' persuni. Iva, Ġesu' jista' jaħdem bik, u bil-familja tiegħek; jista jaħdem bik minkejja li għandek it-taħbit jew tħoss li fil-ħajja għadek ma wasalt imkien.
Fil-qari hemm miktub ċar: . . . xi wħud iddubitaw iżda Ġesu' xorta afda fihom.
Illum aktr minn qatt qabel, ħafna persuni jinsabu għajjenin, għax forsi djarhom mimlija stress u storbju jew bil-maqlub mimlija b'vojt u silenzju u s-saltan is-solitudni. Ħafna żgħażagħ iħossuhom mitlufin minħabba l-aspettattivi tal-ħajja, diffikultajiet biex ikollhom relazzjoni, anzjetajiet jew biża' li mhux qed jgħamlu biż-żejjed.
F'dawn ir-rejatajiet u ċ-ċirkustanzi kollha, Hu ma joqgħodx ilbogħod u jiġġudika, iżda jersaq fil-qrib u jgħidilna: U ara, jiena magħkom dejjem.
Mhux biss fil-Knisja, jew meta kollox ikun sewwa, iżda dejjem!
Anke meta jkollna l-argumenti jew meta ma nħossuniex mifhuma. Jew meta nkunu għajjenin jew inħossuna waħedna. Ġesu' jibqa' preżenti.
U jgħidilna: Morru, . .
Fi kliem ieħor qed jgħidlek, tibqax imwaħħal fil-biża'. Tibqax imwaħħal fejn qiegħed. Tibqax maqbud f'dawn iċ-ċrieki li tħossok ma tistax tinqala minnhom.
Ejjew inpoġġu lil Ġesu' f'ħajjitna.
Infakkrek, li biex tkun nisrani tajjeb m'hijiex kemm tkun perfett, iżda li f'kull ċirkustanza jew okkażjoni iddur lejh. Tkun nisrani tajjeb, meta eż tiżbalja u ma taqtax qalbek iżda terġa' tipprova jew meta taħfer u ma tħallix li qalbek tkun iebsa.
F'kemna waħda meta l-Imħabba tkun akbar mill-Jiena (Ego)
Id-dinja ta' madwarna ser tibqa tibbumbardjana sabiex ikollna l-followers, jew ikollna status ta' suċċess, iżda Ġesu' qed jistedinna għal xiħaġa akbar: li jkollok ħajja bi skop!
Illum huma ħafna dawk li qed iħossuhom mitlufin u qed ifittxu.

Forsi online jista' jkollna ħafna ħbieb iżda xorta nħossuna waħedna.
Illum ninsabu mdawwrin b'ħafna affarijiet materjali u minkejja dan ġewwa fina hemm il-vojt!
Ġesu' llum qed jagħtina skop, qed jgħamlilna sejjħa sabiex inkunu dawl u nġibu t-tama, u nfakkru lil kulħadd li Alla għadu jħobb, għadu jfejjaq u għadu jsejjaħ.
L-akbar missjoni li għandna quddiemna m'hijiex f'xi pajjiż remot in-naħa l-oħra tad-dinja, iżda hawn fejn qiegħdin. Fid-dar, fuq il-post tax-xogħol u kull fejn inkunu, billi nagħtu kelma ta' nkuraġġiment, inqattgħu ħin taħ kwalita' ma dawk qrib tagħna. Meta tieħu ħsieb iċċempel lil dik il-persuna li taħseb li tista' għaddejja minn xi diffikulta' u tgħin fejn tista'. Li titlob u li tagħżel tkun paċenzjuż flok taqbeżiċ-ċinga.
Azzjonijiet żagħar mimlija mħabba jsiru sinjal ċar u ħaj tal-preżenza t'Alla.
Ftakar dejjem: Ġesu' ma jgħidx li ser ikun hemm biss meta tirnexxi, iżda qed jgħidilna li qiegħed hemm dejjem.
Amen