Meta Pixel Code

10 July 2026

Il-Ħelsien mid-Dnub - Riflessjonijiet minn Roderick Agius fuq Mt 5:17-19


Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi u tagħrfu l-verità, u l-verità teħliskom”.

Il-Ħelsien hija kellma li kulħadd jaspira għaliha. Eżempju - Għatxana sabiex inkunu indipendenti biex b’hekk ngħamlu l-għazliet tagħna.

Immaġina għall-mument li inti maqbud, marbut, maqful, priġunier!

Mhux f’xi gaġġa, mhux b’xi katina jew ġo xi ħabs, izda b’toqol li jkaxkrek l-isfel !

Din is-sentenza li qrajnahija titkellem propju dwar dan it-tip ta’ rbit.

Il-ktajjen tad-Dnub.

F’dan il-passaġġ Ġesu’ qiegħed ilkellem lil dawk li emmnu fiH u fil-kelma tiegħu u lilna lkoll illum li aħna fiftuħin u għatxana għall-kelma tiegħu.

Għal Ġesu’ il-vera ħelsien ma jiġix milli tagħmel dak li trid, iżda milli tagħraf il-verita’.

“Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta’ ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?”. U naraw il-folla tibda tgemgem għal dan il-kliem. U bir-raġun ! 

  • Alla lil Abraham kien wiegħdu Art u Ġens kbir, daqs il-kwiekeb tas-sema.

  • Alla bierek lil Abraham u permezz tiegħu kellu jbierek il-familji tad-dinja kollha. Din il-barka kienet meqjusa bħala ġid, grazzja u relazzjoni speċċjali ma Alla.

U naraw lil Ġesu’ pront pront jirrispondi “Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub” u  l-ilsir ma jibqax fil-familja għal dejjem;

X’Inhu d-dnub ?

Id-Dnub huwa meta ngħamlu xiħaġa ħazina bħall gideb, qerq, tweġġa lil għajrek, tkun egoist u elf ħaġa oħra bħall dawn ! Normalment dan jibda fil-ħsieb, (allura wieħed irid jgħasses sewwa l-ħsibijiet tiegħu) bil-kliem u bl-għemil !

Din ir-rejalta’ tidher ċarissima fl-Istorja tas-sultan David meta waqa' f’adulterju ma Bathsheba u spiċċa pjana l-qtil ta’ Urija fi gwerra.

  • Is-Sultan David jara lil Bathsheba, il-mara ta’ Urija tinħasel minn fuq il-bejt tiegħu u merbuħ mix-xewqat, għajtilha fil-palazz. - Din l-azzjoni li wasslet għall-mewt bdiet bi ħsieb / b’xewqa !

  • Is-Sultan David iwettaq l-adulterju u Bathsheba toħroġ tqila ! David jibża' li jinqabad !

  • David jipprova jgħatti dnubu billi jsejjaħ lil Urija mill-gwerra bit-tama li jkollu relazzjoni intima ma martu. Juża l-kelma !

  • Urija , lejali lejn sħabu li kienu qiegħdin fil-gwerra jirrifjuta li jkun intimu ma martu.

  • David iddisprat, f’din iċ-ċirkustanza jippjana l-mewt ta’ Urija. Kif filfatt seħħ ! Naraw L-għemil li wassal għall-qtil !


Id-Dnub huwa dik ir-rejalta li twassalna ngħamlu dawk l-għazliet li jbiegħduna minn Alla u l-Proxxmu. Id-dnub izommna l-bogħod milli nesperjenzaw ħajjitna b’mod sħiħ kif Alla jixtieq.

L-Aħbar it-tajjba hi li Ġesu' ma juriniex biss il-problema, iżda joffri soluzzjoni.

Jekk l-Iben jeħliskom, tkunu tabilħaqq ħielsa. Ġesu’, Iben Alla joffrilna l-ħelsien !

Ġesu:’ ma jisfurzaniex u lanqas jimbuttana biex ngħaġġlu nieħdu deċizjoni, iżda fi Ġwanni 8:31 jgħid : Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi !

Ġesu’ jpoġġi quddiemna għazla, liebera u ħielsa sabiex b’mod attiv aħna wkoll nilqgħu u nipprattikaw il-kelma u t-tagħlim tiegħu. Iħeġġiġna infittxu l-verita’u nħalluha tħalli impatt pożittiv f’ħajjitna.

Il-Mixja wara Ġesu’ m’hijiex dejjem passiġġata fil-wita’ / m’hijiex dejjem faċli.

Normalment meta ninqarsu fil-laħam il-ħaj noqomsu u malajr naqgħu fid-difiża.

Fil-qari tal-llum din stajna narawha meta il-folla bdiet tgemgem u tgħid Aħna nisel Abraham.

Nistaqsi - Xi skużi nġibu meta inħossu l-kuxxjenza tniggiżna ? jew xi skużi nġibu meta l-kelma t’Alla ma tgħidilniex dak li rridu nisimgħu ?


U Ġesu’ jerġa jfakkarhom Kieku kontu wlied Abraham, kontu tagħmlu bħalma għamel Abraham.

Ma nistgħux nibqgħu inserrħu fuq il-fidi ta’ Missirijietna. Ir-Responsabilta’ ta’ ruħi / l-ispiritwalita’ tiegħi / ir-responsabilta’ ta’ ħajjti hija kollha tiegħi.

Id-Deċiżjonijiet li nieħu tul-ħajjti jwasslu jew jgħamlu d-differenza jekk hux Jiena bniedem ħieles jew priġunier.

Ġwanni 13:35 - Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom.”

L-Ewwel semmejna lil David u l-ġrajja / kapitlu minn ħajjtu li bdejna jispiċċa b’dan il-mod:

  • Wara li għadda l-perjodu ta’ luttu David jieħu l-Bathsheba b’martu u jkollhom l-iben, li wara ftit dan imut.

  • U l-kapitlu jingħalaq b’David jiddispjaċiħ minn għemilu.

Salm 51 - Oħloq fija qalb safja, o Alla, u spirtu qawwi ġedded fija. La twarrabnix minn quddiemek; tneħħix minni l-ispirtu qaddis tiegħek. Roddli l-hena tas-salvazzjoni tiegħek, u bi spirtu qalbieni wettaqni.

Ġesu’ jgħidilna li l-mument tal-prova huwa ir-relazzjoni tagħna miegħu.

Qalilhom Ġesù: “Li kieku Alla kien missierkom, lili kontu tħobbuni, għax jien ħriġt u ġejt mingħand Alla.

Il-Veru ħelsien wieħed jiksbu meta jħalli qalbu tkun mibdula mill-Imħabba t’Alla. 

Nistaqsi - Jiena veru ħieles ?

Nistiednek tinfetaħ u tkun dispost għall-kelma tiegħU. Ħalli l-Imħabba tiegħu tbiddlek ħajjtek.

Nistiednek taqra l-Evanġelju u rrifletti fuq il-messaġġ tiegħu u kif jaffetwak fil ħajja ta’ kulljum.

Ftakar li l-ħelsien m’huwiex in-nuqqas ta’ limitazzjonijiet jew restrizzjonijiet izda l-qawwa li tagħmel l-għazliet it-tajjba, anke meta iċ-ċirkustanzi jkunu diffiċli !

J’Alla l-Mulej ikompli iberikna f’din il-mixja ta’ ħelsien f’ Ġesu’ ħaj.

Amen


The Call Youth Group - Registration Form

Featured post

Calling All Youth: Join the Unite & Ignite Movement at 'The Call Ministries'

  Are you ready to embark on a journey that's all about igniting your passions, empowering your dreams, and finding your unique place in...

The Call Youth Group - Registration Form