Meta Pixel Code

08 June 2023

Kont taf li Ġesù talab għalik ? Taf x'talab ?




















Ġesù talab għalijja wkoll !! 

Fl-evanġelju ta' San Ġwann insibu miktub hekk: Ġw:17:20 "M'iniex nitlob għal dawn biss ..." dawn biss  Ġesù qiegħed jirreferi għall-appostli u jkompli "...  imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija ...". 

Min huma dawk li għad jemmnu fiH ?  Dawk li għad jemmnu fiH huma aħna, li kif permezz tal-ħidma tal-appostli u l-knisja u bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu għandna waslet il-kelma tiegħU, kif ikompli dan il-vers "... bis-saħħa tal-kelma tagħhom; ..."


X'qed jitlob Ġesù ?

Il-vers ikompli: Ġw:17:21 "...nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda" Ġesù jitlob lil Missier sabiex aħna nkunu magħqudin u hawnhekk iġib l-eżempju tar-relazzjoni tiegħu mal-missier "...bħalma aħna ħaġa waħda..."

Xi tfisser din l-għaqda ?

Din l-għaqda bejn Ġesù u l-Missier tfisser u turi b'mod konkret li Ġesù huwa tassew Alla ħaj fostna. Il-Missier jew Alla, bħall ma ħafna nirreferu għaliH, huwa il-forza jew qawwa pura u perfetta tal-imħabba. Din l-Imħabba perfetta għandha tkompli tkun iċ-ċentru sabiex tkompli ssostni u tgħaqqad lillna l-bnedmin mingħajr distinzjoni.


"Jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għalkollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili. Missier, irrid li dawk li tajtni jkunu huma wkoll miegħi fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja tiegħi, il-glorja li tajtni int, għaliex int ħabbejtni sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja. Missier ġust, tassew li d-dinja ma għarfitekx, imma jien għaraftek, u dawn għarfu li inti bgħattni. U jiena għarrafthom ismek u għad ngħarrafhulhom iżjed, biex l-imħabba li biha ħabbejtni tkun fihom u jiena fihom."

The Call Youth Group - Registration Form

Featured post

Calling All Youth: Join the Unite & Ignite Movement at 'The Call Ministries'

  Are you ready to embark on a journey that's all about igniting your passions, empowering your dreams, and finding your unique place in...

The Call Youth Group - Registration Form