Fuq il-Mezzi soċjali tal-media qiegħin jiġu ċirkolati filmati qosra ta' katekeżi dwar il-qrar minn Mons. Anton Theuma, Isqof ta' Għawdex.
F'dawn il-filmati naraw lil Mons. Theuma jenfasizza dwar l-Imħabba bla kundizzjoni t'Alla u kif is-Sagrament tal-Qrar huwa mezz sabiħ kif persuna ssib il-liberta' u l-ħelsien.
Kienu ħafna dawk in-nies li nħasdu meta semgħu lill-Isqof t'Għawdex jgħid "Tista' tgħamel dnubiet kemm trid, Alla jibqa' jħobbok !"
Diskors li jikkuntrasta ferm, minn dak li normali nisimgħu.
Filwaqt li nħeġġek issegwi dawn il-katekeżi b'mod sħiħ fil-link t'hawn taħt, nistiednek tingħaqad magħna fit-tixrid tal-Kelma billi meta tiltaqa' ma dawn il-filmati ixxeridhom int ukoll !
Il-Paċi Miegħek +
Roderick Agius
No comments:
Post a Comment