Ġesù talab għalijja wkoll !!
Fl-evanġelju ta' San Ġwann insibu miktub hekk: Ġw:17:20 "M'iniex nitlob għal dawn biss ..." dawn biss Ġesù qiegħed jirreferi għall-appostli u jkompli "... imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija ...".
Min huma dawk li għad jemmnu fiH ? Dawk li għad jemmnu fiH huma aħna, li kif permezz tal-ħidma tal-appostli u l-knisja u bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu għandna waslet il-kelma tiegħU, kif ikompli dan il-vers "... bis-saħħa tal-kelma tagħhom; ..."
X'qed jitlob Ġesù ?
Il-vers ikompli: Ġw:17:21 "...nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda" Ġesù jitlob lil Missier sabiex aħna nkunu magħqudin u hawnhekk iġib l-eżempju tar-relazzjoni tiegħu mal-missier "...bħalma aħna ħaġa waħda..."
Xi tfisser din l-għaqda ?
Din l-għaqda bejn Ġesù u l-Missier tfisser u turi b'mod konkret li Ġesù huwa tassew Alla ħaj fostna. Il-Missier jew Alla, bħall ma ħafna nirreferu għaliH, huwa il-forza jew qawwa pura u perfetta tal-imħabba. Din l-Imħabba perfetta għandha tkompli tkun iċ-ċentru sabiex tkompli ssostni u tgħaqqad lillna l-bnedmin mingħajr distinzjoni.
"Jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għalkollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili. Missier, irrid li dawk li tajtni jkunu huma wkoll miegħi fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja tiegħi, il-glorja li tajtni int, għaliex int ħabbejtni sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja. Missier ġust, tassew li d-dinja ma għarfitekx, imma jien għaraftek, u dawn għarfu li inti bgħattni. U jiena għarrafthom ismek u għad ngħarrafhulhom iżjed, biex l-imħabba li biha ħabbejtni tkun fihom u jiena fihom."
