Meta Pixel Code

07 May 2026

Ma nħallikomx iltiema - Riflessjonijiet minn Roderick Agius Ġw 14, 15-21

 


Illum qed ngħixu ħajja fejn ħafna persuni jħossuhom għaddejjin minn battalja kontinwa.

Min imħabbat u stressjat, anke illum tisma b'ġenituri litteralment eżawriti u ssib min jgħidlek lanqas biss għadna kapaċi nitkellmu bil-kwiet flimekien.

Tfal u żgħażagħ iħossuhom li m'humiex mifhuma, jew anke jesperjenzaw vojt ġewwa fihom.

U xi kultant nintebħu li għal kemm fi djarna inkunu diveri persuni preżenti, xorta inħossun waħedna.

Ġesu illum qed jgħidilna kelma b'saħħitha: “Ma nħallikomx iltiema. Nerġa’ niġi għandkom.”

Ġesu' ma jwiegħedx perfezzjoni, jew li ser ngħixu bla taħbit, iżda jwiegħdna l-preżenza tiegħu. U dan il-fatt ibiddel kollox!

F'dar ilbogħod mill-fidi, faċli ssaltan it-tensjoni, ir-rgħabbja, il-kburija u jittellgħu il-ħitan. Min naħa l-oħra, meta nistiednu l-Ispirtu s-Santu f'dik id-dar jerġa jfeġġ is-sliem, u ftit ftit jibda jseħħ il-fejqan.

Mhux għax aħna perfetti, iżda għax Alla hu preżenti.

Ġesu' jgħid ukoll: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi."

Inkunu nsara tajjbin, meta l-imħabba tagħna tirriflett fl-azzjonijiet tagħna.

  • Meta nkunu kalmi u paċenzjużi flok taqbżilna.
  • Meta nisimgħu aktar milli ngħajjtu.
  • Meta naħfru malajr
  • Meta nkunu preżenti.
  • Meta nitolbu flimkien
  • Meta nisimgħu, minflok niġġudikaw.
Xi drabi miraklu jista' jseħħ meta eż. missier jieqaf jisma' lil ibnu jew lil bintu, jew omm li tibqa tħobb minkejja ċ-ċirkustanza li tkun kuntrarja.
Jew meta koppja tgħażel li terġa tibda mill-ġdid.

Ġesu' jwiegħed hekk: "U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem."

Setenza ta' kuraġġ kbir, għax qed jgħidilna li mhux ser iħallina nissieltu waħedna. Hu qiegħed hemm fil-ħajja tagħna ta' kuljum; waqt li qed nieklu, fid-diffikultajiet, fil-mard, fid-diżgwid, fil-maħfra etċ . . 

Ġesu' illum qed ifakkrek li m'intix abbandunat/a !

Anke jekk ir-relazzjoni sejjra ħażin, anke jekk il-fidi tinħass dgħajjfa, anke meta tħossok imtaqqal.

Ġesu' għadu qed iħabbat il-bieb tal-qalb tiegħek, u meta tiftaħlu terġa tfeġġ it-tama, il-paċi tiżdied u l-qalb tibda tfiq.

The Call Youth Group - Registration Form

Featured post

Calling All Youth: Join the Unite & Ignite Movement at 'The Call Ministries'

  Are you ready to embark on a journey that's all about igniting your passions, empowering your dreams, and finding your unique place in...

The Call Youth Group - Registration Form