Illum qed ngħixu ħajja fejn ħafna persuni jħossuhom għaddejjin minn battalja kontinwa.
Min imħabbat u stressjat, anke illum tisma b'ġenituri litteralment eżawriti u ssib min jgħidlek lanqas biss għadna kapaċi nitkellmu bil-kwiet flimekien.
Tfal u żgħażagħ iħossuhom li m'humiex mifhuma, jew anke jesperjenzaw vojt ġewwa fihom.
U xi kultant nintebħu li għal kemm fi djarna inkunu diveri persuni preżenti, xorta inħossun waħedna.
Ġesu illum qed jgħidilna kelma b'saħħitha: “Ma nħallikomx iltiema. Nerġa’ niġi għandkom.”
Ġesu' ma jwiegħedx perfezzjoni, jew li ser ngħixu bla taħbit, iżda jwiegħdna l-preżenza tiegħu. U dan il-fatt ibiddel kollox!
F'dar ilbogħod mill-fidi, faċli ssaltan it-tensjoni, ir-rgħabbja, il-kburija u jittellgħu il-ħitan. Min naħa l-oħra, meta nistiednu l-Ispirtu s-Santu f'dik id-dar jerġa jfeġġ is-sliem, u ftit ftit jibda jseħħ il-fejqan.
Mhux għax aħna perfetti, iżda għax Alla hu preżenti.
Ġesu' jgħid ukoll: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi."
Inkunu nsara tajjbin, meta l-imħabba tagħna tirriflett fl-azzjonijiet tagħna.
- Meta nkunu kalmi u paċenzjużi flok taqbżilna.
- Meta nisimgħu aktar milli ngħajjtu.
- Meta naħfru malajr
- Meta nkunu preżenti.
- Meta nitolbu flimkien
- Meta nisimgħu, minflok niġġudikaw.
Anke jekk ir-relazzjoni sejjra ħażin, anke jekk il-fidi tinħass dgħajjfa, anke meta tħossok imtaqqal.
Ġesu' għadu qed iħabbat il-bieb tal-qalb tiegħek, u meta tiftaħlu terġa tfeġġ it-tama, il-paċi tiżdied u l-qalb tibda tfiq.
.jpg)
No comments:
Post a Comment