Fl-Evanġelju naraw lil Ġesù jkellem lill-Appostli tiegħu u jgħidilhom kliem ċar ħafna: “La tibżgħux.”
Mhux darba jgħidhielhom. Iżda jerġa’ jirrepetihielhom. U meta Ġesù jirrepeti xi ħaġa, ifisser li rridu noqogħdu attenti.
Għax fil-mixja ta’ ħajjitna, il-biża’ hija realtà li lkoll nesperjenzawha. Nibżgħu minn x’se jgħidu n-nies. Nibżgħu li ma nkunux aċċettati. Nibżgħu li nispiċċaw waħedna. Nibżgħu li jekk nagħżlu t-tajjeb, nitilfu xi ħaġa. U kultant, biex ma nidhrux differenti, nagħmlu kompromess.
Ngħidu: “U iva, kulħadd hekk jagħmel.”
Ngħidu: “Jekk ma nagħmilx hekk, ser nidher antikwat.”
Ngħidu: “Aħjar noqgħod kwiet milli nidħol fl-inkwiet.”
Imma Ġesù llum qed jgħidilna: La tibżgħux.
L-Għażliet li jkollna quddiemna
Fil-ħajja dejjem ikollna għażla. Ngħażlu dik it-triq li tibni jew triq li tkisser. Triq li twassal għall-paċi jew triq li twassal għall-vojt. Triq li tagħtik il-ħajja jew triq li bil-mod il-mod tisraqlek id-dinjità tiegħek.
Kulħadd irid ikun ferħan. Imma mhux kulħadd jagħżel it-triq li twassal għall-ferħ veru.
Illum id-dinja tgħidlek li l-ferħ issibu jekk ikollok aktar flus, aktar likes, aktar status, aktar pjaċir, aktar libertà bla limiti.
Imma mbagħad tħares madwarek u tinduna li ħafna għandhom ħafna affarijiet, iżda ġewwa fihom xorta vojta.
Għaliex?
Għax il-qalb tagħna ma timteliex b’dak li jgħaddi. Il-qalb tagħna timtela b’dak li ġej minn Alla. U għalhekk Ġesù jurina triq oħra. Triq li mhux dejjem faċli. Triq li titlob impenn. Triq li kultant tmur kontra l-kurrent. Imma hija t-triq li tagħti l-ħajja.
Meta Nibżgħu Minn X’Jgħidu N-Nies
Nistaqsi lili nnifsi:
Kemm-il darba bżajt nuri l-fidi tiegħi?
Kemm-il darba bżajt nitkellem fuq dak li hu tajjeb għax ridt nogħġob lil kulħadd?
Kemm-il darba bżajt inkun differenti?
Eż:
- Żagħżugħ jista’ jibża’ jgħid li jmur il-Quddiesa għax forsi sħabu jidħku bih.
- Koppja tista’ tibża’ tgħix ir-relazzjoni tagħha b’valuri Nsara għax illum ħafna jgħidulek li kollox jgħaddi.
- Ġenitur jista’ jibża’ jgħid le lil uliedu għax ma jridx jidher iebes jew antikwat.
Il-verità hi li ħafna nies għadhom ifittxu d-dawl. Ħafna nies għadhom bil-ġuħ u l-għatx għal kelma tajba, għal direzzjoni, għal tama, għal Alla.
Il-Biża’ Tista’ Twaqqafna
Ċertu biża’ tista’ tgħinna noqogħdu attenti. Imma hemm biża’ oħra li tipparalizzana.
Biża’ li żżommna siekta meta għandna nitkellmu.
Biża’ li żżommna passivi meta għandna nagħmlu t-tajjeb.
Biża’ li ġġegħelna nagħżlu l-kumdità flok il-verità.
Ġesù mhux qed jgħidilna li m'hu ser jiġrilna xejn. Mhux qed jgħidilna li kulħadd ser jaċċettana jew ser jilqa dak li qed ngħidu, b'qalb miftuħa. Mhux qed jgħidilna li l-ħajja Nisranija ser tkun dejjem faċli.
Imma qed jgħidilna li hemm xi ħaġa aktar importanti minn dak li jaħsbu n-nies.
Ir-ruħ tiegħek. Il-paċi tiegħek. Id-dinjità tiegħek. Ir-relazzjoni tiegħek ma’ Alla.
Alla Jafek Fil-Fond
Ġesù jgħidilna li anke x-xagħar ta’ rasna kollu hu magħdud. Din mhijiex sentenza sabiħa biss. Din hija stedina biex nafdaw.
Alla jaf it-taħbit tiegħek. Jaf il-biżgħat tiegħek. Jaf kemm qed tipprova. Jaf meta tħossok waħdek. Jaf meta qed tagħżel it-tajjeb u ħadd ma japprezzak.
Alla jaf meta fid-dar qed tipprova żżomm il-paċi. Jaf meta fuq il-post tax-xogħol tipprova tkun onest. Jaf meta qed tiġġieled ġewwa fik innifsek sabiex ma terġax taqa’ fl-istess vizzju.
Alla jaf kollox!
U jekk Alla jaf anke l-għasafar tal-bejt, kemm aktar jaf lilek?
Alla jaf kollox!
U jekk Alla jaf anke l-għasafar tal-bejt, kemm aktar jaf lilek?
Ftakar li inti maħbub, inti magħruf u inti prezzjuż f’għajnejn Alla.
Il-Fidi Trid Tidher Fil-Ħajja ta' kuljum
Ġesù jgħid:“Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri.”
Li nistqarr lil Kristu ma jfissirx biss li ngħid li jien Nisrani. Ifisser li l-fidi tiegħi tidher fil-mod kif ngħix.
Tidher fil-mod kif nitkellem.
Tidher fil-mod kif naħfer.
Tidher fil-mod kif inġib ruħi meta ħadd ma jkun qed jarani.
Tidher fil-mod kif nittratta lill-familja tiegħi.
Tidher fil-mod kif nuża l-flus, il-mobile, il-ħin u l-libertà tiegħi.
Għax jista’ jkun li bil-fomm ngħid li nemmen, imma bl-għażliet tiegħi niċħad lil Kristu.
U hawn tajjeb nistaqsi:
Il-mod kif qed ngħix qed juri li jien ta’ Kristu? Jew qed ngħix bħallikieku Alla m’għandu x’jaqsam xejn mad-deċiżjonijiet tiegħi?
Eżempju Mill-Ħajja Ta’ Kuljum
Immaġina żagħżugħ fuq il-post tax-xogħol. Kulħadd qed jidħaq b’xi ħadd li mhuwiex preżenti. Jibdew jikkritikaw, jgħaddu kummenti u jwaqqgħuh għaċ-ċajt.
Hu jħoss ġewwa fih li dan mhux sew. Imma jibża’. Jibża’ li jekk ma jidħaqx magħhom, jgħidu li hu boring. Jibża’ li jekk jgħid xi ħaġa, jispiċċa hu fil-mira.
U hawn ikollu għażla. Jew jimxi mal-kurrent. Jew jgħid b’mod kalm: “Ejja ma nitkellmux hekk fuq persuna li mhix hawn.”
Forsi mhux ser ibiddel id-dinja f’dak il-mument. Imma jkun għażel it-triq ta’ Kristu. U azzjonijiet żgħar bħal dawn jibnu dinja aħjar.
Il-Missjoni Tibda Fid-Dar
Ħafna drabi naħsbu li għandna nistqarru lil Kristu barra. Imma l-ewwel post fejn irrid nistqarr lil Kristu huwa fid-dar.
Meta nagħżel li nisma’ flok ngħajjat.
Meta nitlob skuża flok nibqa’ nwebbes rasi.
Meta nbierek lil uliedi flok inweġġagħhom bil-kliem.
Meta nqatta’ ħin ta’ kwalità mal-familja flok ninħela biss fuq il-mobile.
Meta nagħżel il-maħfra flok inżomm kollox ġewwa.
Hawnhekk tidher il-fidi vera.
Mhux fil-kliem sabiħ biss, imma fl-għażliet ta’ kuljum.
Ħsieb Finali
Ġesù ma qalilniex “la tibżgħux” għax il-ħajja faċli. Qalilna “la tibżgħux” għax Hu magħna.
Meta tagħżel it-tajjeb u ħadd ma jifhmek, ftakar li Hu qiegħed miegħek.
Meta tħossok kontra l-kurrent, Hu miegħek.
Meta tħossok waħdek, Hu miegħek.
Meta tipprova tibda mill-ġdid, Hu miegħek.
Ftakar dejjem: il-biża’ tista’ tagħlaqlek qalbek, imma l-fidi tiftaħlek triq ġdida.
U jekk illum tħoss li qed tibża’, Ġesù qed jgħidlek: La tibżax. Jiena nafek. Jiena nħobbok. U jiena miegħek.

Talba
Mulej Ġesù, inti taf il-biżgħat tiegħi u taf kemm-il darba noqgħod lura milli nagħżel it-tajjeb.
Agħtini l-kuraġġ sabiex ma nibżax minn dak li jgħidu n-nies. Għinni ngħix il-fidi tiegħi mhux bil-kliem biss, imma bl-għażliet tiegħi ta’ kuljum.
Iftaħli qalbi sabiex nagħżel it-triq li twassal għall-ħajja, għall-paċi u għall-imħabba tiegħek. U meta nħossni dgħajjef, fakkarni li inti qiegħed miegħi.
Ammen.
No comments:
Post a Comment